Lejl

Jiġi l-lejl,
u jien nibża li nitilfek.
Irrid nintilef fik u mhux f’dal-ħsieb.

Tiġi l-ħedla tbeżżagħni.
Ejja int minflok,
neżżagħni.

Waqqaf it-tokk.
Għamilni tiegħek.
Ikkonkwistani.

Ġuljetta

Hemm hi! Ġuljetta bil-barmil imfawwar ilma. Ir-romantiċiżmu għandu għomru magħdud. Qed jittiekel mid-dud. Gazzè faga fis-sarkażmu tiegħu stess. Instab mejjet fil-kaless tal-prinċep ċelest. Ma swewx il-bews taż-żrinġijiet – kollox ħmerijiet. Teresa ġiet taqa’ u tqum.… more

Hawn Biss

Il-ġirja f’Sant’ Ursla spiċċat
f’kanun tal-Barrakka
jaħsadni f’kamarti.
Hawn biss dinja tqila
imsammra fuq spallti.

Il-ġirja f’Sant’ Ursla ntemmet
bħat-tromba tar-ramel
tkaxkarli ‘l ġewwieni.
Hawn biss mewta kiefra
iċċarrat purtieri.

Ħarba

Nixtieq naħrab, nivvjaġġa bħal żrara maqbuda maqrusa mal-lasktu ta’ rota ta’ karozza. Imqar tkaxkira fuq l-asfalt, imma naħrab… Naħrab minn mistoqsijiet li jwelldu risposti li jweġġgħu. Naħrab minn silenzji banali, u kliem vojt li jirbumbjaw… more

Nisġa

L-arloġġ itektek,
ix-xemx nieżla.
Sbuħitek nisġa
ta’ brimba bieżla.

Żiffa

Il-weraq ġrew wara xulxin,jinnamraw f’buffura riħ.Esperiment il-ħajja. Sa ma ħalba xita fixklithomu weħlu f’żogħżithom mgħarrqin. Sa ma nixfa kiefra qalgħathom mit-trabijiet.Sa ma rritornat żiffa li dewqithom is-smewwiet. more