Fwieħa u ħlewwa

Fil-lożor ftakart –
wara n-naxra friska,
taħt żiffa sajfija.

Fil-fwieħa u l-ħlewwa li jarmu
fuq soddti,
ilmaħtek tiġbor xagħrek
u stħajjiltni mmelles
għonqok b’xufftejja.

Naqra naqra

Pass pass, imxejna;
Ponn ponn, tkissirna;
Biċċa biċċa, nġbarna;
Ftit ftit, dħakna;
Jum jum, xjaħna;
Demgħa demgħa, bkejna;
Bewsa bewsa, tħabbejna;
Kelma kelma, wasalna.

Santa Marija

Bum, bum, bum, bum… bum Bum, bum, bum, bum… bum Bħar-re maġi, segwiet l-istilla murtal. Tlieta lejn il-grotta, hi lejn l-irwejjaħ ta’ gallinar. B’ħarsitha ‘l fuq, waqfet quddiem ċorma għażżiena ta’ kurjużi Maltin, b’siġġijiet u… more

Penġi

Penġi Pawl,
forsi tinsa, jew taljena.
Minjaf?
Forsi tara l’Alla.
Jew forsi tibilgħek balena.

Vuoto 28

Il tuono del primo lampo
oggi ha riempito il mio cuore.
Un’eco fredda mi accarezza,
mi attraversa,
finché non ci sento più
e senza accorgermi
esco sotto pioggia intensa
per pulire i miei pensieri sporchi

Vjaġġ

Lil Malta ninsiha.

Sqallija.
Minn xifer sa xifer, niġriha.
Ċeramika, granita,
muntanji u qaddisin

Issa lura sejrin.

Sqallija.
Inħalliha.
Minn Max u l-maħbubin
għall-ħanxra tal-Maltin