Ir-ruħ it-tajba

Bħal llum ġimgħa stenbaħna bl-aħbar kerha li Stella, in-nanna tal-mara, ħallietna. Għaddew bħal leħħa ta' berqa s-siegħat u l-ġranet u fi ftit jiem iċċelebrajna ħajjet din il-mara fil-knisja, il-ġmiel tagħha, ta' San Girgor fir-raħal sbejjaħ… more

Is-sbuħija

Il-Macbook qatt ma reġa’ xegħel minn meta James kien tah l-aħħar nifs. Hemm għadu, mitluq fuq il-mejda ċkejkna li ħadem b’tant galbu n-nannu Ġuż, Alla jaħfirlu. U jien ukoll. Illum bqajt hawn mitluq fuq is-sodda… more

Beltin qumu!

"Lil tal-Belt ħadd ma jista' għalina" inħobbu nkantaw bi kburija aħna l-Beltin. Fl-aħħar siegħat qed inkomplu ngħixu sinjali ovvji ta' kif Beltna ġiet maħkuma minn ħalq uliedha. Il-mexxejja li ma jafux il-valur sħiħ ta' din… more

Dwar Jon u Mario Philip

Għadni kif segwejt il-poddata ta' Jon Mallia mal-ex kollega Mario Philip Azzopardi (MPA). Diskursata oħra nteressanti li ħarġet veritajiet varji dwar karattru li b'mod ġenerali jiġġenera rabja lil ħafna nies, iktar minn kemm iġġenera Baggio… more

Il-futur huwa sabiħ, Ġaħan!

Il-jum tat-tribù Maltin wasal. Il-jum meta il-folla fuq din il-“ġungla tal-konkos” demokratika jkollha l-unika opportunità li ssemma leħinha, wasal. It-traġitt lejn dan il-jum kien kemmxejn paċifiku din id-darba. Ikolli ngħid kien vjaġġ monotonu. Forsi għax… more

Mhux veru, Onorevoli!

Aktar kmieni llum il-Ministru Michael Farrugia għoġbu jagħti stqarrija lil Times of Malta fejn fiha giddeb dak li rrimarkajt jien f’artiklu tal-21 ta’ Marzu, miktub mill-ġurnalist bravu Mark Laurence Zammit. Fil-kummenti tiegħi lil Zammit, ġbidt l-attenzjoni… more