Tag: valletta

L-eklissi ta’ poplu

Scroll down for the English version

Ħsieb ħafif dwar l-installazzjoni “Siġġu” tal-ħabib tiegħi Austin Camilleri. Punt li fl-istess ħin jiddispjaċini nagħmel għax trid tkun idjota biex ma tasalx għalih waħdek. Biss indunajt li l-ovvju kultant mhux.

Nibda bil-premessa li dan it-tip ta’ intervent minn naħa ta’ Austin diġa’ rajnieh f’LE . IVA | ANGER IS A LAZY FORM OF GRIEF. Din id-darba l-artist ħeba lir-reġina permezz tas-siġġu u mhux b’intervent diġitali. Ta’ min jinnota iżda li huwa biss frott id-dokumentazzjoni fotografika ipperpetwa mill-artist li l-intervent ta’ “eklissi” qiegħed iseħħ. L-istess għamlu fotografi varji sabiex jitfgħu l-ħatab fuq in-nar tad-diskussjoni. Biss iż-żewġ elementi jinsabu f’posthom hemm fil-pjazza, wieħed b’mod permanenti u l-ieħor b’mod temporanju, distanti minn xulxin. L-ebda krejn ma mar jiddisturba lis-sua maesta mit-tron, kif jixhed dan ir-ritratt li skonti huwa l-iktar interessanti, tal-ex kollega Matthew Mirabelli.

F’eklissi, il-fotografi fuq id-Dinja jiċċelebraw il-mument temporanju ħafna meta pjaneta taħbi oħra għal ftit mumenti, iżda fil-verità l-ebda pjaneta ma tiekol oħra. Hija l-prospettiva tal-osservatur li tiddetermina d-dinamika tar-rakkont. U dak huwa l-argument madwar dan l-intervent: l-eklissi ta’ moħħ poplu, li nittama m’huwiex intervent permanenti.

Ħasra biss li dan ix-xogħol sar b’rabta ma’ kontenitur artistiku iffinanzjat mill-istat. Rabta li r-reputazzjoni ta’ Austin tista’ tgħaddi mingħajr – għal raġunijiet ovvji.

The eclipse of a people

Reflecting on my friend Austin Camilleri’s “Siġġu” installation in a casual manner, I feel compelled to address a seemingly self-evident point. Expressing this with some hesitation, it becomes apparent that one would need to deliberately ignore the obvious to overlook it.

I start with the premise that this kind of intervention on the part of Austin has already been seen in LE . IVA | ANGER IS A LAZY FORM OF GRIEF. This time the artist hid the queen through the physical installation of ‘Siġġu’ and not through any digital intervention. Notably, it is through the artist’s photographic documentation that the occurrence of an “eclipse” in the intervention becomes evident. This intentional choice has been replicated, analogous to photographers adding fuel to a discussion to provoke further conversations. However, in the square, both elements coexist, one permanently and the other temporarily, maintaining a distance without disruptive interference. No crane was used to disturb her majesty. Remarkably, the photograph by former colleague Matthew Mirabelli captures this dynamic intriguingly, a job well done particularly for those who may be less observant.

Drawing a parallel to an eclipse, where planets momentarily conceal each other without actual consumption, the analogy extends to the observer shaping the narrative. The discourse surrounding this intervention centers on the temporary eclipse of people’s minds, with the hope that it remains a fleeting phenomenon.

My only lament is that Austin’s well-established reputation could easily withstand any association with an art container that the state is funding – for the obvious reasons.

L-Integrità Kulturali tal-Belt Valletta

Scroll for English version

Fi ftit siegħat fit-taraġ ta’ Ġieżu, waħda mill-iktar toroq b’konnotazzjonijiet sagri fil-Belt Valletta, jumejn biss wara Jum il-Mara, inkixfet il-faċċata tal-Knisja irrestawrata u nkixef ukoll ġisem ta’ mara jitħaxken u jiżżeffen fuq puġġaman.

Fil-kapitali intilef kull sens ta’ għarfien dwar il-kuntest ta’ fejn ninsabu. Ħafna fost dawk li investew fil-Kapitali m’għandhom l-ebda sens ta’ għarfien tal-komunità u il-valuri intrinsiċi tagħha. Bħallikieku belt kapitali hija awtomatikament ħaruf tas-sagrifiċċju u trid tkun dejjem lesta tilqa’ fiha kull forma ta’ espressjoni. Fl-istess waqt fadal ftit li xejn sens ta’ pudur u li kieku mhux għax ġie mxerred vidjo tal-prestazzjoni taż-żeffiena burlesque Undine Laverve, ibqa’ ċert li ħadd ma kien ikun jaf x’ġara u ħadd ma kien jgħajjat għall-iskandlu għax l-udjenza li attendiet dehret aljenata mingħajr ebda sens ta’ fejn tinsab.

Ma nixtieqx nitkellem fuq morali u filwaqt li nagħraf li l-prestazzjoni erotika tal-burlesque hija forma artistika antika u rikonoxxuta madwar id-dinja kollha, imkien ma tisma’ li dawn il-prestazzjonijiet isiru f’żoni b’konnotazzjonijiet sagri f’perjodu taż-żmien li huwa sagru għall-komunità tal-lokal. F’inċidenti bħal dan toħroġ ċara r-realtà li s-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti lanqas biss jafu fejn investew flushom, jew jekk jafu, m’għandhomx rispett lejn il-kultura u l-valuri intrinsiċi tal-lokal! Daqslikieku tinvesti flusek f’kafetterija ċkejkna fil-pjazza ta’ Hagia Sophia u torganiżża daqsxejn ta’ burlesque umli ma’ xi grada imżejna b’nofs qamar f’nofs ir-Ramadan! Dawn aspetti li anki jekk tistaqsi lil ChatGPT dwarhom, tirċievi risposti ċari.

Iżda l-ikbar skandlu fejn hu?

L-aljenazzjonijiet vasti kulturali li għandna fit-tmexxija lokali u nazzjonali tibqa’ tissorprendini. Filwaqt li l-investiment sabiex jidħlu jgħixu familji Maltin fil-kapitali huwa ineżistenti, jidher żbilanċ qawwi favur l-industrija tal-ikel, xorb u divertiment. L-unika industrija li għandha l-libertà tokkupa spazji pubbliċi lil hinn mill-ispazju investit, b’mod mill-aktar arroganti. Fejn qabel fil-Kapitali kont issib kull tip ta’ servizz li wieħed jimmaġina, minn tiswija ta’ strument mużikali sa xiri ta’ ħut frisk, illum il-Belt Valletta saret destinazzjoni għal min irid jiddeverti, jixrob u jiekol. Il-Gvern b’faqar ta’ pjanar, ma kellux ħila jipproponi skemi u inċentivi sabiex iħajjar industriji varji fil-kapitali u jkompli jżewwaq din il-Belt ġojjel b’ħajja residenzjali fejn jistgħu jitrawwmu tfal b’talent fuq naħa, u kummerċ varjat u vibranti fuq oħra. Il-Gvern jibqa’ jipperpetwa sistema ta’ governanza lokali msejsa fuq populiżmu u pjaċiri sabiex il-poter jibqa’ taħt kontroll ċentraliżżat.

Skandlu kbir daqs ta’ qablu huwa l-aljenazzjoni kbira li l-poplu jagħżel li jħaddan, speċifikament dik il-fazzjoni li tappoġġja b’għamad lill-partiti li jkunu fil-Gvern. Sintomu li kont inħossu minn qabel l-2013 iżda li issa, quddiem problemi bil-wisq aktar serji, kiber sforz il-klijenteliżmu li jirrenja. Dan is-sintomu wassal ħafna Beltin ikunu leali tant li jaraw iżda ma jammettux x’inhuma tassew in-nuqqasijiet u l-omertà ta’ min talab u kiseb ir-responsabbiltà li jmexxi l-Kapitali. Hawn Beltin fostna li lanqas jindunaw kif persuni li ilhom li xebgħu fil-kariga tagħhom fil-Kunsill Lokali, reġgħu qed joffru li jservu sabiex ma jiddiżappuntawx lill-Partit jew jissugraw itellfuh il-poter. L-aqwa l-Coffee Morning li fih għal żewġ pastizzi, koka, ftit żfin u żeglieg, jissaħħaħ il-jigsaw-puzzle maħdum apposta fejn kollox jibqa’ taħt il-kontroll tal-Partit u mhux tar-resident.

Meta quddiem l-għarfien tal-apatija li ħakmet lill-Belt Valletta, iljun stilla Beltija bħal sieħbi l-Maxi jistqarr li “Il-Beltin sirna nies bla b###”, tinduna li ma hemmx aktar x’tomgħod. Il-kxif tat-tempju u l-kxif tal-ġisem jiġu sekondarji quddiem il-kxif tar-ruħ li tilfet kull sens ta’ kburija fl-identità tagħha, sabiex isservi lil Ċesri.


Valletta’s Cultural Integrity

In a matter of hours on the stairway leading to Ta’ Ġieżu church, likely one of the Valletta streets deeply imbued with religious significance, the recently restored church facade was unveiled. Just two days after Women’s Day, a woman’s body was also unveiled, swaying and dancing on the stair railing.

In the capital, a pervasive lack of understanding of our surrounding context and circumstances persists. Many investors in the capital appear ignorant of the community and its inherent values. It seems as though a capital city is automatically expected to be a sacrificial offering, always accommodating all forms of expression. Simultaneously, there is a glaring absence of modesty. Were it not for the dissemination of a video featuring burlesque dancer Undine Laverve’s performance, the incident would have gone unnoticed since the audience seemed detached, unaware of the setting they occupied while sipping their red wine.

I refrain from delving into moral discussions, acknowledging that burlesque is a recognized ancient artistic form globally. However, it is unusual to encounter such performances in areas steeped in sacred symbolism during times revered by the local community. These occurrences underscore the harsh reality that the proprietors of these establishments either lack awareness of the locations they invest in, or if they do, show no regard for the intrinsic culture and values of the area. It’s comparable to investing in a quaint café in Hagia Sophia square and arranging a modest burlesque event adorned with crescent decorations during Ramadan—a worrysome scenario that even a simple inquiry to ChatGPT would yield thoughtful insight.

The most significant scandal within this entire narrative lies in the profound cultural disconnection evident in local and national leadership. While investment in Maltese families within the capital is virtually nonexistent, there’s a glaring imbalance favoring the food, drink, and entertainment industry. The only industry enjoying the freedom to arrogantly occupy public spaces beyond their premises. Once a hub of diverse services, Valletta has morphed into a destination solely catering to those seeking entertainment and indulgence. The government’s planning inadequacies have impeded the proposal of schemes and incentives to attract various industries that could foster a city adorned with residential life on one hand and a diverse, vibrant trade on the other.

Another scandal lies in the profound alienation in which certain segments of the populace persist, particularly those who blindly support the ruling party. A symptom I’ve observed since before 2013, but now exacerbated by the pervasive clientelism. This symptom has led many of us to remain so loyal that we turn a blind eye to wrongdoing, refusing to acknowledge the shortcomings and silence of those entrusted with leading the capital. Some among us have relinquished the capacity to recognize how individuals who have held office in the Local Council offer to serve again only to avoid disappointing the Party or risk having the Party losing the power. All for a coffee morning swaying and dancing where the meticulously crafted illusion remains under the Party’s control, rather than serving the residents, all for the nominal price of two pastizzi and a Coca-Cola.

In the face of widespread apathy in Valletta, my friend Maxi, an iconic figure, solemnly declares, “We have become people without balls,” revealing there is little left to ponder. Uncovering temples and bodies fades in significance compared to the exposure of souls who have forsaken all sense of pride in the identity of Valletta in order to serve Caesar.

Il-Beltin relegati – Evans Building

Scroll for English version

Bħalissa moħħ u qalb kull belti u beltija huma kkunsmati mhux ftit dwar il-possibiltà dejjem tikber li l-klabb tant għażiż tal-Valletta FC jispiċċa relegat mill-Kampjonat Premier għaċ-Challenge League. Bir-raġun din ir-realtà tinkwetana mhux ftit għax tnaqqrilna parti mill-identità rebbieħa u kburija li tul is-snin tant identifikajna magħha bħala komunità. Filwaqt li dan l-inkwiet qed iberren f’rasna, ftit huma dawk li jirrealiżżaw kif lil hinn mill-ballun, il-Beltin ilhom relegati minn art twelidhom, għal numru ta’ snin.

Filwaqt li uħud jiċċelebraw it-trasformazzjoni reċenti ta’ beltna f’destinazzjoni turistika mfittxija, huwa importanti li ngħarfu n-narrattiva usa’ u nirrikonoxxu kif fl-aħħar snin il-Belt Valletta ġiet żviluppata f’belt estetikament sabiħa iżda bla ruħ u bi ftit sensittività lejn il-komunità li tgħix fiha.

Lura fis-snin meta ma’ sieħbi Dr Victor Jacono kont naħdem fuq proġett għall-komunità fil-Belt Valletta, uħud esprimew kif lill-Belt Valletta iqabbluha ma’ omm, jew tfajla/mara maħbuba. Niftakar kif uħud kienu esprimew kif lura fis-snin dan il-mit ta’ mara maħbuba sfat mitluqa, bla ebda kura lejn id-dehra tagħha u saħħitha. Madanakollu kienet mara li uliedha Beltin kienu jgħarfu u li għaliha dawn l-ulied kienu lesti jgħamlu minn kollox. Kienet omm xi ftit fraġli li taf tilqa’ lill-uliedha u ttihom dar fejn jitrawwmu u jfasslu l-identità tagħhom.

Fis-snin aktar qrib tfaċċaw barranin li ddeċidew li din il-mara kellha bżonn tieħu r-ruħ. Idea intrinsikament tajba li kellha eżekuzzjoni partikolari. Dawn ħaduha għand professjonista li ħaslitha, fewħitilha l-ġilda, imlietha foundation u make up, kabbritilha sidirha filwaqt li żebgħatilha xufftejha ħomor nar u libsitha l-isbaħ ilbies. Il-barranin qalulha li minn issa ‘l quddiem riedet tattira lit-turist u tinsa l-wens li kienet trodd lill-uliedha. Hi bkiet imma ma kelliex triq oħra ħlief li tara lill-uliedha jitilquha għax ma baqgħux jgħarfuha. Isimha baqa’ jidwi f’qalbhom imma l-barranin li ħakmuha, għalkemm bla ruħ, kellhom is-saħħa tal-flus. Il-barranin qalu lil uliedha li issa jistgħu jbiegħu darhom lill-pjan tagħhom u jsiru sinjuri żgħar.

Simili kien id-destin tax-xjuħ tagħha. Wara tant snin li ddedikaw lilha, ħafna minnhom kellhom jippakkjaw ħwejjiġhom u jerħulha lejn bliet u rħulha oħra fejn sabu min jospitahom. Għax l-ebda ħadd ma ried jinvesti f’dar għall-anzjani. Fejn qatt kont tobsor li l-Pampalun kellu jħalli din id-dinja f’dar tal-anzjani f’Ħal Luqa! Fejn qatt kont tobsor li esponenti kbar fil-kultura Beltija jinsabu jqattgħu l-aħħar snin ta’ ħajjithom lil hinn mill-Kapitali!

Illum il-Belt Valletta, din il-mara sabiħa saret trodd ġisimha lil kull turist lokali jew barrani li jiġi jużaha. Kmamar għalihom kemm trid, għax dawk jiġġeneraw l-aktar flus. Ikel, té, kafé, xi knisja u mużew għat-turist twajjeb. Imma mkien ma jista’ isib ftit togħma ta’ dak li kienu snajja u kreattività lokali. Ix-xalatur għandu sas-siegħa jew is-sagħtejn ta’ filgħodu jitpaxxa u jintilef fi sbuħitha; bil-mużika, bil-birra, whiskey, ġin u linja coke. Wara li jirremetti l-pjaċir kollu, jerħilha lejn soddtu sa ma jgħaddu l-ġranet u jmur lura lejn pajjiżu. Illum il-Belt Valletta trodd ruħha lill-barrani sinjur li jiġi jinvesti flusu fiha biex jgħid li hu binha mingħajr ma jagħraf ħajjet din l-omm għażiża; mingħajr ma jaf kif din l-omm rawmet lill-vera uliedha tul is-snin.

Il-Kapitali Valletta regalata lit-turist, relegata għall-medjokrità ta’ belt bla identità fejn uliedha jistgħu biss jarawha minn barra, filwaqt li jixjieħu u jixxenqu li jerġgħu jaraw lil Godwin jiġbor lit-tfal għall-maħżen f’Sant Iermu, li jaraw lill-Maxi u lil Gilbert irebbħuhom kampjonat u jiċċelebrawh flimkien f’Sada Rjala, li jaraw lis-subien u l-bniet jinġabru għall-MUSEUM f’Sada Sant’Ursola, lil Salvu jbiegħ il-boċċi… u tant aktar realtajiet sbieħ li l-barranin għoġobhom imewtu.

Għada l-grupp Residenti Beltin qed jorganizza protesta sabiex il-Gvern iwaqqaf in-negozjati dwar il-binja tal-Evans u jinvesti dan l-ispazju sabiex joffri dar ta’ mistrieħ, attività u kura lill-anzjani Beltin. Nittama li dawk il-Beltin li għad għandhom demmhom ibaqbaq, ikunu hemm fil-11:00am sabiex isemmgħu leħinhom, qabel jitilgħu Ta’ Qali jissapportjaw b’ħeġġa lill-Valletta FC li ser jilgħabu kontra Ħamrun Spartans fis-2:00pm.


Relegated citizens – Evans Building

At present, the minds and hearts of every citizen are preoccupied with concerns about the increasing likelihood of our beloved football club, Valletta FC, being demoted from the Premier League to the Challenge League. This situation worries us because it undermines our sense of winning identity and pride that we have cultivated over the years. While we grapple with this issue, few realize that beyond the realm of football, the city itself has been experiencing relegation for several years.

Whilst many celebrate our city’s recent awakening as a sought-after tourist destination, it is essential to acknowledge this transformation and understand how Valletta has been reduced to a beautiful yet soulless toy which transpires little to no sensitivity towards its residential community.

Reflecting on my past work with ex-colleague Dr Victor Jacono on a community project in Valletta, some individuals likened Valletta to a beloved mother, or a girl/wife. They recalled how, in the past, this cherished myth was neglected, with no concern for her well-being. In spite of her delicate nature, she was a mother cherished deeply by her children, who were prepared to go to any lengths for her. Over time, strangers arrived, deciding that this woman needed a makeover. They brought her to professionals who cleansed her, repaired her skin, applied foundation and makeup, enhanced her lips, and painted them a vibrant red. Dressed in her most exquisite attire, the strangers instructed her to focus on attracting tourists, neglecting the nurturing care she once provided for her children. Despite her tears, she had no choice but to witness her children depart because they no longer recognized her. Although her name still echoed in their hearts, the soulless strangers in control, empowered by wealth, persuaded her children to sell their home and aspire to become affluent individuals.

Similar fate befell her elderly, who dedicated years to her but had to leave, seeking hosts in distant towns and villages. There is no home for the elderly in our capital city! Who would have thought that “il-Pampalun” would end up in a nursing home in Luqa? Who would have thought that great figures in Valletta culture are now spending their last years away from the capital?

Today, Valletta, a beacon of beauty, caters to the desires of every tourist. Accommodations are readily available, catering to their preferences, as they yield the highest profits. The discerning tourist can enjoy a variety of offerings such as food, tea, coffee, visits to churches, and museums. However, what’s notably absent is a genuine taste of the local crafts and creativity that once defined the essence of the city. Whether local or foreign, those who come to experience the city revel in its charm until the early hours, often accompanied by live music until around 1 or 2 o’clock in the morning. After fully immersing themselves in pleasure, they expel it all beside a palazzo before retiring to their accommodations until their departure back to their home countries. Currently, Valletta is surrendered to wealthy outsiders who invest in it, claiming a false sense of kinship without acknowledging the genuine life this beloved city has nurtured among its true inhabitants over the years.

Presently, Valletta yields to affluent investors who inject funds without acknowledging the city’s profound history. While the capital expresses gratitude to tourists, the consequence is a descent into a city lacking a distinct identity. Valletta’s authentic inhabitants can merely watch from a distance as they grow older, reflecting on times when Godwin used to gather the children into his Carnival warehouse in St Elmo, football championships were clinched by Maxi and Gilbert, whilst Salvu sold all kind of stationery, and traditional toys as boys and girls filled St Ursola Street for MUSEUM gatherings. So many realities that strangers worked hard to dissolve into thin air.

The Residenti Beltin group is planning a protest tomorrow, urging the Government to cease negotiations on the Evans building and allocate this space for the establishment of a facility catering to the needs of the elderly in Valletta, providing rest, activities, and care. I encourage all Valletta residents with fervent spirits to join the gathering at 11:00am to ensure this call is heard. They can later drive to Ta’ Qali National stadium in support of Valletta F.C. playing Ħamrun Spartans at 2:00pm.

Id-destin tal-Belt Valletta

English version further below

Illum fl-10:00 ta’ filgħodu irċevejt stedina minn naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex nattendi diskussjoni virtwali fl-10:30 dwar applikazzjoni sabiex eks-ħanut tal-ħaxix quddiem il-Knisja tal-Karmnu fil-Belt Valletta jinbidel fi spazju kummerċjali għall-ikel u x-xorb.

Kienet laqgħa kordjali li għaliha attendew madwar erbgħin ruħ. Tħallew jitkellmu xi nies iżda mhux kulħadd. Kien hemm min bħali esperjenza problemi tekniċi u ma ingħata l-ebda widen meta ħalla kumment miktub fuq il-pjattaforma offruta mill-istess awtorità. Anzi, dawk li kienu qed jikkummentaw bil-kitba ġew mgħarrfa li l-kummenti tagħhom kienu ser jiġu injorati!

Il-laqgħa żvolġiet b’ċertu sens ta’ għaġġla, possibilment għax dawk responsabbli kellhom wisq x’jgħamlu u każijiet x’jisimgħu. Ġejna mitluba nkunu konċiżi u ma nirrepetux. Meta aktar persuni esprimew ix-xewqa li jintervjenu, niżlet id tal-ħadid li kkonkludiet id-diskussjoni. Sa mn’alla bgħatuli stedina!

Nibqa’ mistagħġeb kif quddiem dawn id-deċiżjonijiet kruċjali fis-salvagwardja tat-tessut soċjali, l-arkitetti u dawk responsabbli fl-awtoritajiet jeħlu ma’ interpretazzjonijiet tar-regolamenti fuq il-karta u fuq preċedenti, minflok jaħdmu b’risq il-benefiċċju tal-komunità lokali, l-aktar dik residenzjali. Huwa sempliċement tal-mistħija kif preċedenti huma meqjusa bħala raġuni valida sabiex inkomplu inkabbru l-froġa!

Inħoss li huwa diffiċli mmens li din is-soċjetà timxi ‘l quddiem ladarba dawn id-diskussjonijiet isiru minn persuni-“magni” li kapaċi biss jirraġunaw bil-1 u 0, jgħamluha ċara li jridu jevitaw kummenti “emozzjonali” u lanqas biss għexu d-dinamika tal-komunità li dwarha jkunu qed jiddeċiedu.

Saħansitra illum smajna kumment li uża l-festa tal-Madonna tal-Karmnu bħala xi forma ta’ preċedent għal storbju li jkun hemm fit-triq! Smajna wkoll idea li jingħalaq bieb fi Triq Żekka biex l-applikazzjoni tidher verġni minn kull skop li joħloq l-ewwel preċedent f’din it-triq. Bħallikieku l-preċedenti ta’ spazji kummerċjali għall-ikel u x-xorb ċkejkna li jestendu l-attivitajiet tagħhom tul metri sħaħ fit-toroq tal-madwar mhix diġà realtà evidentissima fil-Kapitali fl-aħħar 15-il sena!

Apparti dan kollu, u b’sens ta’ ironija, dejjem kelli kurżità kif l-ebda stabbiliment kummerċjali li mhux fil-qasam tal-ikel u x-xorb, ma japplika sabiex jokkupa spazji pubbliċi bħall-oħrajn. F’ġieh l-ugwaljanza huma wkoll misshom joħorġu vetrini u mwejjed biex ikabbru l-bejgħ. Meta ħa naraw lill-Agenda Bookshop, Heritage Malta jew lil D’Amato Records b’tilari tal-kotba u vinili tal-mużika tul Strada Rjali? Hija ironija kif stabbilimenti b’kummerċ artistiku mhumiex trattati l-istess?

Fl-aħħarnett nemmen li wasal iż-żmien li l-Beltin jibdew ikunu rappeżentati għal dawn il-laqgħat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u/jew minn rappreżentanti tal-komunità li huma kapaċi jirriċerkaw u jiddibattu dawn is-sitwazzjonijiet.

Nittama li aktar Beltin jitħajjru jkunu voċiferi. Inutli ngergru wara.

📸 Romina Gianoli

The fate of Valletta

Today, at 10:00 am, I received an invitation from the Planning Authority to participate in a virtual discussion at 10:30 regarding an application to convert a former vegetable shop in front of Our Lady of Mount Carmel church in Valletta into a commercial space for food and drink. The meeting, attended by approximately forty people, maintained a formal atmosphere. While some individuals were given the opportunity to speak, others, like myself, encountered technical difficulties and were overlooked when leaving comments on the platform provided by the authority. Those who wrote comments were informed that their input would be disregarded.

The meeting proceeded with a sense of haste, likely due to the organizers’ heavy workload and numerous cases to address. We were instructed to be concise and avoid repetition. As more participants expressed a desire to contribute, the discussion was abruptly concluded with a firm hand. I couldn’t help but reflect on the irony of receiving the invitation!

I am astonished and very much concerned that, in the face of critical decisions affecting the social fabric, architects and authority figures adhere strictly to interpretations of regulations and precedents on paper, rather than prioritizing the well-being of the local community, especially the residential one. It is disheartening how past decisions are used as a valid basis to perpetuate problematic practices.

I feel it is difficult to move this society forward once these discussions are held by people-“machines” who are only able to reason by 1s and 0s, make it clear that they want to avoid “emotional” comments and have not even lived up to the community context on which they are deciding.

During the meeting, a comment was made, using the feast of Our Lady of Mount Carmel as a precedent for street noise. Another suggestion was to close a door in Old Mint Street to present the application in a more favorable light, and not setting a precedent for the particular street. A flawed suggestion, especially considering the longstanding presence of small food and beverage businesses expanding onto adjacent streets in the Capital over the past 15 years.

Furthermore, and with much irony, I’ve always been curious why non-food and drink commercial establishments do not apply to occupy public spaces in a similar manner. Equality demands that bookshops, cultural institutions, or record stores, such as Agenda Bookshop, Heritage Malta, or D’Amato Records, should also be allowed to showcase their offerings outside to boost sales. Isn’t it ironic how establishments with artistic commerce are not treated the same?

In conclusion, I believe it is high time for Valletta to be represented in these meetings by the Valletta Local Council and/or community representatives capable of thoroughly researching and debating these situations. I hope more residents will be inspired to voice their concerns, as grievances expressed afterward will be futile.

📸 Romina Gianoli

An island of love

Hemm tfal u tfal. F’ġieh l-ugwaljanza. Hemm tfal li missierhom jorganiżżalhom festin mal-parteċipanti ta’ Love Island Malta u hemm tfal li jiġu miċħuda inkjesta pubblika sabiex jiġu identifikati dawk li qatluhom. X’pajjiż tan-nejk qed ngħixu fih!

Illum dan il-Gvern wera li laħaq qiegħ ġdid. Qiegħ li mhux biss wasslu jitlef kull valur politiku u uman iżda talli wasslu jiċċirkonda ruħu b’poplu ġaħan li għal raġunijiet frivoli jibqa’ jċapċaplu u jħallih jemmen li kollox huwa sew.

B’dispjaċir kbir rajt il-filmati tal-familjari ta’ Jean Paul Sofia jesprimu r-rabja tagħhom fil-binja tal-Parlament u jindirizzaw lil Prim Ministru u lid-dixxipli tiegħu. Ammirajt il-mod kif ikkontrollaw l-emozzjonijiet tagħhom u żammew sod sabiex ma waqgħux fin-nassa ħelwa tal-vjolenza. Wasal iż-żmien li l-poplu jinżel fit-toroq u juri l-għadab tiegħu. Nemmen li qorob iż-żmien tar-rivoluzzjoni. U r-rivoluzzjoni ma ssirx b’sempliċi bidla fil-partit fil-Gvern iżda billi tneħħi l-għamad minn quddiem għajnejn il-poplu xurban li lanqas jaf ‘l fejn hu sejjer. Poplu ġaħan li kulma jmur qed iħaffer il-qabar tiegħu. Dan kollu f’ġieh il-progress, l-identità Ewropea u s-soċjaliżmu marid li jemmen li l-ġid jinstab fil-flus.

Jeħtieġ li kull min għandu xi forma ta’ setgħa jibda jagħti sinjali ċari lil dan il-Gvern. Jeħtieġ li l-Kap tal-Oppożizzjoni jieqaf jindirizza diskors artab qisu ċikkulata fix-xemx. Jeħtieġ li jsiru boycots, jitħassru attivitajiet tal-massa u avvenimenti ta’ skala internazzjonali. Jeħtieġ li l-poplu jfakkar lil dawn il-mexxejja kif għandu jitmexxa pajjiż. Hawn insejjaħ lill-organizzaturi tal-EuroPride Valletta 2023 bħala eżempju, nies li żgur huma sensittivi għal dawn l-inġustizzji, sabiex ma jħallux lil dan l-istess Gvern jużahom. Ma jħalluħx ikompli jippreżenta ruħu bħala paladin tad-drittijiet ċivili, u b’hekk jagħtu sinjali qawwi b’turija ta’ rispett lejn Jean Paul Sofia u familtu.

Kull min huwa ta’ rieda tajba għandu jieħu pożizzjoni ċara kontra din l-attitudni tal-Gvern. B’kull mod, f’kull forma, ejja ngħollu leħinna. Jekk le, jekk hemm xi “imma”… ma ġara xejn. Ejjew nibqgħu ngħerqu f’dan il-baħar ta’ żibel. Sa ma jaħxu lil uliedna wkoll.


Ah, the stark contrasts of equality in our society! We have children fortunate enough to enjoy parties with Love Island Malta participants, while others are left without a public inquiry to bring justice to their untimely demise. Truly, a testament to the pitiful state of our nation.

Today, the Government has hit a new low. It is regrettable that the members of government have not only lost all political and human values but have also surrounded themselves with sycophants who mindlessly and for some frivilous priviledge, applaud them, giving them the illusion that everything is fine.

I was deeply saddened to watch the videos of Jean Paul Sofia’s relatives expressing their anger in the Parliament building, addressing the Prime Minister and his followers. I admired their ability to control their emotions and remain steadfast, avoiding the temptation of violence. The time has come for the people to rise up and express their frustration in the streets. I firmly believe that a revolution is imminent, but it should not be limited to a mere shift in political power. True revolution lies in freeing the disillusioned masses from their ignorant stupor, guiding them away from the self-destructive path they unwittingly tread. This is a collective awakening for a society driven by the pursuit of progress and European identity, tarnished by a distorted form of socialism that mistakenly equates wealth solely with monetary possessions.

Individuals in positions of power must send unequivocal signals to the Government. The Leader of the Opposition should refrain from delivering feeble speeches reminiscent of a melting chocolate bar. Boycotts, mass actions, and the cancellation of internationally significant events are necessary. The people must remind these leaders about the principles of good governance. I urge the organizers of EuroPride Valletta 2023, for example, individuals who are undoubtedly sensitive to these injustices, to not allow this Government to take milage from their socio-political celebration and take a strong stand and call for due respect for Jean Paul Sofia and his family.

It is imperative for individuals with good intentions to unequivocally oppose the Government’s stance. Let us unite and make our voices heard through any means possible. If, however, there are hesitations or objections, then so be it. We will tragically persist in sinking deeper into this wretched sea of filth until it’s our own children’s turn to inevitably fall victim to the consequences.

Beltin qumu!

“Lil tal-Belt ħadd ma jista’ għalina” inħobbu nkantaw bi kburija aħna l-Beltin. Fl-aħħar siegħat qed inkomplu ngħixu sinjali ovvji ta’ kif Beltna ġiet maħkuma minn ħalq uliedha. Il-mexxejja li ma jafux il-valur sħiħ ta’ din il-Belt ġawrha u qed jiddettaw sfeġju wara ieħor, issa “f’idejhom iċ-ċintorin”. Fl-aħħar ħin, kellna sinjal ieħor t’arroganza meta l-Prim Ministru indika li mhux lest jibdel il-ħsieb dwar id-daqq tal-mużika fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu anki wara li r-residenti esprimew xewqa li jkunu ikkonsultati.

Ilbieraħ, numru ta’ Beltin irħewlha lejn dik li kienet Pjazza Ħelsien fil-Belt Valletta sabiex jesprimu d-diżapprovazzjoni tagħhom dwar l-Avviż Legali maħruġ mill-Gvern u li permezz tiegħu ser ikun permess li stabbilimenti tal-ikel u d-divertiment f’numru ta’ toroq tal-Kapitali, jibqgħu jdoqqu l-mużika sas-1:00 ta’ filgħodu minflok sal-11:00 ta’ filgħaxija.

L-aħbar ta’ dan l-avviż legali waslet b’sorpriża għand il-Beltin, dan għaliex huma qatt ma kienu kkonsultati f’din id-deċiżjoni. Fl-aħħar jiem sirna nafu wkoll li lanqas il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ma kien ikkonsultat. Għaldaqstant, il-grupp Facebook Residenti Beltin – Elezzjoni Kunsill Belt Valletta immexxi miż-żagħżugħ Belti Billy Elton McBee, għamel sejħa sabiex il-Beltin jew Vallettani jekk trid, jibdew isemmgħu leħinhom b’risq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-Belt Kapitali ta’ Malta u Għawdex.

F’dawn il-kelmtejn ma nixtieqx nidħol fuq il-merti tal-Avviż Legali nnifsu iżda nixtieq nħarbex ftit ħsibijiet dwar ir-reazzjonijiet li kien hemm wara l-pubblikazzjoni tiegħu u wara d-dimostrazzjoni ta’ lbieraħ. Għal kuntrarju ta’ uħud li qalu li kienet serata li ma laħqet l-ebda skop minħabba attendenza fqira, nemmen li d-dimostrazzjoni organizzata minn McBee kienet suċċess. Ta’ lbieraħ kienet inizjattiva minn grupp relattivament ġdid xprunat minn żgħażugħ Belti f’waħda mill-ewwel espożizzjonijiet politiċi tiegħu. Il-bidla qatt ma ssir f’ħakka t’għajn u għaldaqstant min pretenda li lbieraħ isib quddiemu folol ta’ nies, kien sejjer żmerċ. Fl-ispazju llum okkupat b’mistħija minn bollards stil sovjetiku, attendew nies minn kull spettru tas-soċjetà Beltija; fosthom periti, saċerdoti, mużiċisti, nutara, professuri, sidien ta’ boutique hotels, artisti, uffiċjali li jaħdmu mal-Gvern, kapijiet ta’ kumpaniji kummerċjali, maniġers, nisa u rġiel tad-dar, tfal, żgħażagħ, anzjani, laburisti, nazzjonalisti, nies bi ħsieb indipendenti, Maltin u anki uħud li twieldu ‘l barra minn xtutna iżda għażlu li jixħtu l-ankri fl-isbaħ belt. Kien sabiħ ukoll li magħna ingħaqdu kunsilliera kif ukoll deputati parlamentari tal-ewwel distrett elettorali.

Minn aħbarijiet li tfaċċaw matul l-aħħar jiem, sirna nafu li meta mitluba għall-opinjoni personali tagħhom dwar is-sitwazzjoni, id-Deputati Parlamentari tal-Partit Laburista fuq l-ewwel distrett elettorali, iddeċidew li ma jirrispondux għal mistoqsijiet dwar dan l-Avviż Legali. Minflok, il-Partit irrisponda għalihom. Filwaqt li membri tal-oppożizzjoni u anki rappreżentanti tal-PN fil-Kunsill Lokali wettqu dak li kien possibbli sabiex jissapportjaw din il-karba tal-Beltin, ir-rappreżentanti tagħna fuq in-naħa tal-Gvern, għażlu li jisktu.

Ta’ min infakkar li dawk li jirrappreżentawna fil-Kunsill Lokali jew fil-Parlament, huma l-ewwel u qabel kollox, rappreżentanti tal-poplu għall-Gvern u mhux rappreżentanti tal-Gvern għall-poplu. Lanqas ma huma rappreżentanti għall-Partit ta’ kulur jew ieħor. Il-punt kardinali tal-ħidma tagħhom huwa li jkunu ta’ leħen għall-poplu li jirrappreżentaw sabiex isir il-ġid u dan jitgawda b’mod ekwu. Nippretendi wkoll li b’irġulija, ma jċedux il-libertà tagħhom bl-iskuża ta’ lealtà jew ubbidjenza għall-Partit, kif uħud ġew ikkwotati li qalu, u allura jitkellmu favur il-ġid tal-komunità Beltija. Nippretendi li inti li għandek il-fiduċja ta’ Partit kbir warajk sabiex tirrappreżenta lil niesek, għandu jkollok iktar saħħa sabiex titkellem u mhux tkun marbut li tiskot. Kull rappreżentant tal-poplu għandu jgħix il-libertà professjonali u personali tiegħu sabiex jesprimi kull ħsieb matur u indipendenti. Ejja nitbegħdu mill-botta u risposta bejn il-Kunsilliera fuq Facebook u ejja nżommu s-silenzju għal meta s-silenzju jkun f’waqtu. Meta r-resident jibki, ikun il-mument li r-rappreżentant tiegħu iwerżaq, mhux jiskot.

U hawn nasal għall-punt li nistaqsi fejn huma l-Beltin li tassew ibaqbqu għall-Kapitali. Inkunu tassew Beltin mhux meta nitilgħu l-grawnd niċċelebraw xi rebħa, mhux meta niksu sidirna b’tattoos tan-nanniet jew b’xi arma tal-iljun, iżda meta nkunu tassew lesti sabiex insalvaw l-identità tagħna u dak li kien u għadu ta’ valur intrinsiku għalina, bħal per eżemempju, drawwietna u l-ispazji fejn ngħixu.

Fl-aħħar snin tlifna suritna. Ħafna minna ġejna sfurzati mmorru ngħixu lil hinn mill-Belt Valletta u l-famuża “warbbulna ħalli ngħaddu mit-toroq ewlenin” illum qed inkantawha lill-imwejjed u siġġijiet li assedjaw Beltna aktar mill-aktar furbani ħorox. Fl-aħħar snin insterqulna spazji pubbliċi li kienu tal-Beltin, fosthom il-Pjazza tas-Suq. Fl-aħħar snin rajna entitajiet tal-Beltin jittalbu għall-għajnuna u oħrajn mhux Beltin jingħataw spazji mill-aqwa tista’ tgħid b’xejn. Allura nistaqsi, fejn huma “It-tfal tal-Palestina”? Fejn huma dawk li jħabbtu fuq sidirhom u jgħidu li lesti jissieltu għall-Belt u niesha? Wisq nibża li ħafna sfaw ‘mixtrija’ minn xi favur ta’ xi Onorevoli – u lil dawn nitħassarhom. Huwa fatt li hekk kif xi Ministru joffrilek pjaċir, ikun qed jeħodlok lura l-libertà tal-espressjoni sforz lealtà marida u s-“sindromu tal-Manipulazzjoni Politika tal-Kuxjenzi.” (Montebello, 2010)

Iżda ejja ngħidu kollox. Fadal xi ftit Beltin ta’ sinsla u li mhux jaraw biss il-but jew il-karriera iżda l-kwalità tal-ħajja b’mod ġenerali għal min jgħoġbu jgħix jew irabbi familja fil-Kapitali. Lil dawn insibuhom miġbura fi gruppi fuq Facebook fosthom il-Valletta Residents Revival u appuntu r-Residenti Beltin. It-tama tiegħi hija li permezz ta’ dawn l-inizjattivi, ningħaqdu sabiex insemmgħu leħinna quddiem inġustizzji li qed iseħħu. Importanti li nkunu vuċi waħda u mhux separati sabiex ma nħallux lil min jirrapreżentana jkompli jiżbalja. Beltin qumu! Qabel isikktuna darba għal dejjem. Tħallu lil ħadd jixtri l-libertà tagħkom u imħabbitkom lejn il-Belt Valletta! U jekk hemm xi ħadd mhux Belti jaqra dan, infakkru li l-problemi tal-Beltin huma prekursuri għall-problemi fil-belt jew raħal tiegħu ukoll.

Inħeġġeġ lil kull Belti ta’ vera sabiex ikun preżenti għall-attività li qed jorganiżża l-grupp Valletta Residents Revival quddiem il-bini tal-Kunsill Lokali, għada l-Erbgħa għall-ħabta tat-15:30, eżattament qabel tibda l-laqgħa tal-Kunsill Lokali. Kuraġġ Arċipierku, Dijuballi u Mandraġġ!


Riferenza
Il-Fidwa tal-Anarkiżmu, Mark Montebello, 2010.

Taħt Santa Luċija

Ġejt bla mistenni
fis-serqa ta’ filgħaxija,
imneżża’ mir-rieda
taħt Santa Luċija.

Bis-swaba tmelles xagħri,
itterraq tikmix idejja.
Riħatek balzmu.
Anġlu t’inkejja.

Isqini nbid minn sidrek,
bħall-ħalib li sqietni ommi.
Għerriqni fi ġmiel ħarstek,
xufftejk serraħ fuq fommi.

Wellidni bħal f’bikja,
ċesarja telf id-demm.
Waħħadni ma’ ruħek,
sakkarni hemm.

Missier il-Maltin

Għaddiet festa oħra u uħud minn sħabi diġà ġiethom l-ispirazzjoni jiktbu kelmtejn u jiżżu ħajr lil min jistħoqqlu. Jien stenbaħt f’nofs ta’ lejl u intfajt inġedded il-memorji ta’ dawn il-ġranet tal-ġenn, imma ninduna li mpossibbli tlaħħaq: kummenti, ritratti, vidjos, artikli online, tags u varjetà ta’ ħoloq oħrajn. Lili saħansitra kwotawni ta’ LovinMalta bir-ritratt “Ibda għodd”! Għadni mpressjonat bis-sett ritratti ta’ Sebio Aquilina u vera qed nistenna bi ħġari x-xogħol ġdid ta’ sieħbi Carl Farrugia! Ħafna u ħafna materjal ta’ reazzjoni li tassew ifakkarni li dak ix-xogħol kollu ta’ matul is-sena, għandu skop tajjeb u wiesgħa. Skop li anki jekk mhux kulħadd jasal jinterpreta fil-qofol sħiħ tiegħu (għax mhux faċli), xorta waħda għandu effetti kollaterali mill-aktar sinjuri.

Ritratt ta’ Carl Farrugia

Ħadd ma jista’ jiċħad li l-missjoni tagħna l-Pawlini li nfakkru lill-poplu Malti dwar din il-ġrajja li tassew seħħet f’Malta, nisġet u għadha tinseġ l-identità u l-kultura ta’ poplu fuq ħafna livelli fosthom dak reliġjuż, spiritwali, politiku u soċjali. U għalhekk li l-Pawlini jħossu mhux biss pjaċir iżda wkoll responsabbiltà fl-organizzjoni ta’ dan l-avveniment.

Dejjem nieħu pjaċir nara kif nies li jiġu għal din il-festa għall-ewwel darba, ma jieqfux jikkumplimentaw. Kulħadd imur lura b’qalbu tħabbat ftit iktar ikolli ngħid.

U jien? Ilbieraħ bkejt quddiem Pawlu; mhux għax irrid wisq jien! Għall-grazzja t’Alla, il-Mangion biss induna u ta’ ġentlom li hu ġie tani tgħanniqa. Bkejt b’riżultat ta’ rabja u pjaċir li ltaqgħu fl-istess mument. Rabja dwar ħolm li jibqa’ ma jirrealiżżax ruħu, u dwar mistoqsijiet li għadhom u ser jibqgħu għal dejjem mingħajr risposta. Fl-istess waqt il-pjaċir b’festa li ġġib il-ħajja u b’komunità ħelwa li fl-aħħar qed terġa’ toħlom.

Wara dawn il-ħafna posts sbieħ fuq il-mezzi soċjali hemm rakkonti ta’ sfidi kbar. Hemm grupp ta’ nies li jaqdfu kuljum, idaħħlu idejhom fil-but, jiddedikaw ħinhom u jissagrifikaw lilhom infushom u lill-familji tagħhom. Wara t-tlellix tal-posts fuq Facebook, hemm laqgħat, wara laqgħat, wara laqghat. Hemm diżgwidi, hemm feriti, hemm persuni li jaħdmu għar-rikonċiljazzjoni, hemm suċċessi kif ukoll diżappunti.

U ħabib tiegħi qalli: “dawn il-festi m’għandekx bżonnhom. San Pawl bik u mingħajrek xorta ġie u telaq”. U hawn il-bużillis. Għax aħna l-Pawlini mhux talli nemmnu li San Pawl wasal fuq din l-art iżda nafu li għadu hawn, magħna, fostna, fina. Kif? Sempliċi.

San Pawl wasal għandi permezz ta’ missieri Vincent (aka Ċensu) li żgur ma jridhiex ta’ qaddis miexi fuq l-art iżda li fis-silenzju, u forsi bla ma jaf, dejjem urieni u għadu jurini li dak il-prinċipju Pawlin ma tgħixux biss billi mis-26 ta’ Diċembru sal-10 ta’ Frar, iddoqq l-marċi tas-Società La Valette fuq volum li jtarrax, imma billi fis-siegħa tal-prova, tkun hemm. U Ċensu dejjem hemm kien u hemm għadu, avolja mbenġel bid-daqqiet ta’ ponn tal-ħajja.

Ritratt ta’ Sebio Aquilina

U jekk wasalt s’hawn u mingħalik li dan it-tip ta’ raġunament nasal għalih jien biss, nassigurak li sejjer żmerċ bil-kbir. Ejja hawn, tkellem man-nies u għodos fil-fond ta’ twemminhom u l-kultura tagħhom, u forsi tibda tifhem li San Pawl m’huwiex biss vara tal-bliegħ għalina l-Beltin. Il-grigal, is-sikka, in-nawfraġju, il-pruwa mwaħħla u l-poppa mfarrka, l-għawma u l-ħelsien mill-għarqa; huma metafori misluta minn rakkont veru. Metafori li jtuna skop u tama f’ħajjitna. U ta’ dan aħna nafu li fortunati.

Grazzi? Hemm wisq. Imma b’mod spontanju jiġuni ftit grazzi li nixtieq niddokumentahom għal dejjem hawn. Żgur mhux forsi, lill-arċipriet Dun David John Cilia li laqagħni, anki fuq livell personali, b’rispett liema bħalu. Grazzi għall-enerġija, serjetà u tbissima li ġibt miegħek. Naħseb irċevejna rigal kbir din is-sena! Grazzi wkoll lill-assistent tiegħu Dun David Torpiano, bniedem kolt u li wassal ċertu serenità bl-istil ta’ ħidma tiegħu. Tassew żewġt irġiel li jispiraw.

It-tieni grazzi tmur għal dawk il-ħabbrieka ta’ wara l-kwinti li rari jaqilgħu “grazzi”. Hemm kwantità imma fuq livell personali nirringrazzja lil Martin Gravina u Louise Fenech li bil-karattri uniċi u kkuluriti tagħhom, huma ta’ ispirazzjoni kontinwa.

It-tielet grazzi tmur lill-Għaqda tal-Pawlini; li dis-sena qed tiċċelebra l-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha; kumitati, fergħat u membri attivi. Għandna wisq ġmiel bejnietna – u dawn ir-riżultati huma xiedha – ejja nibqgħu nibżgħu għalih! Grazzi kbira mmens lis-Segretarju u ħabib Douglas li għalkemm kellu kull raġuni sabiex iwaqqaf jew inaqqas il-kontribut tiegħu fl-aħħar xhur, baqa’ hemm bis-saħħa u kkonferma dak kollu li ktibt jien hawn fuq. Għax anki hu kellu gwida soda li għaddielu valuri li ma jħassarhom ħadd u qatt.

L-aħħar grazzi lil Ċensu, missieri. Dan ir-ritratt miegħu quddiem dak li hu semmieni għalih u laqqani miegħu sa minn meta kelli 15-il jum. Grazzi ta’ kollox pa.

Ritratt grazzi lil Carl Farrugia

Grazzi Frans Giles!

Illum kienet ġurnata twila u produttiva ta’ xogħol. Biss fil-mument li filgħodu dħalt niċċekkja Facebook u sibt il-messaġġ ta’ sieħbi Carl li nfurmani bil-mewt tal-għażiż Frans Giles, nammetti li kelli aptit inqum u nitlaq ‘l barra nibki. Sfurzajt biex inżomm id-dmugħ u sibt refuġju fil-lista ta’ affarijiet li kelli nagħmel għall-fini tad-dmijiet tax-xogħol.

X’naqbad ngħid fuq dan ir-raġel? Persuna li żewwaq b’tant sempliċità it-tfulija tiegħi meta spiss kont immur biex nagħmel xi qadja lil ommi; nidħol bil-ġirja fil-ħanut tat-té ta’ Frans “il-Giles” u ngħidlu x’kellna bżonn.

Sakemm jinqala’ minn wara l-bank u jidħol fil-kamra mudlama fuq il-lemin sabiex iġib dak li nkun tlabtu, kont nintefa ninnota lil xi erba’ irġiel bilqiegħa, jaqraw gazzetta jew jieħdu t-té. Kien żmien ieħor u aħjar. Mingħajr il-mobile, mingħajr Facebook u Instagram. Dak iż-żmien in-nies kienu jiltaqgħu wiċċ imb’wiċċ sabiex jitkellmu u izekzku.

Niftakar ġranet meta akkumpanjajt lill-għażiża ommi għax-xirja, dħalna għand Frans u b’ġentilezza liema bħalha, isellem u jibda xi diskursata, minn dawk li ommi tant kienet tħobb. Kelmtejn dwar dak li kien qed jiġri fl-inħawi jew dwar valuri jew dwar kif bdew jinbidlu ż-żminijiet. Kont naffaxxina ruħi ninnota d-diskursata titwieled, tinbet u tiżvolġi fi ftit sekondi. Niftakar lil Frans jirrakkonta ġrajjiet passati, meta fl-aqwa tiegħu kien Pulizija jekk m’inix sejjer żball. Kien raġel rett u jisħaq li l-irġulija titlob rispett u kelma soda.

Nista’ ngħid li Frans kien skuża għall-ewwel passi ta’ indipendenza għalija. Ommi, li kienet b’sebgħa għajnejn fuq binha, ma damitx ma bdiet tafdani mmur b’xirja jew insarraf xi ftit flixken tal-ħġieġ sabiex Frans isarrafomlna fi ftit ċenteżmi. Kienet tara li kull flixkun ikun nadif tazza sal-inqas dettall, tgħabbihom f’basket taċ-ċarruta daqstant ieħor nadif tazza u tibgħatni ‘l hemm, konxja li Frans ser jagħmilli premura sabiex mingħandu nerġa’ dritt lura lejn id-dar. U hekk kien ikun, għax għall-grazzja t’Alla dejjem sibt hena fid-dar sakemm il-ħajja ma ħaditniex kollha kemm aħna f’toroq mudlama bla mistenni.

‘Sporting Clive’ fi Triq Santa Luċija, fil-Belt Valletta

‘Sporting Clive’, għax hekk kien jismu l-ħanut ta’ Frans, ilu li għalaq. Jgħidu li kien ħadulu l-Gvern. Jgħidu ħafna imma l-verità qatt ma sirt nafha. Dejjem ħlomt li nerġa nara lil Frans jipprova jixref f’dik il-gallarija minuskola, għoddha ser iċċedi, sabiex isaqqi qasrija jew jagħti titwila fi Triq Lvant. F’dak il-ħanut kont inħossni ‘home’ u forsi minn hemm bdejt nifhem is-sbuħija tal-komunità.

L-aħħar darba li kellimt lil Frans kien taħt il-gallarija tiegħu ħdejn Ta’ Liesse. Irrakkuntali kif xi ħadd kien daħallu d-dar u serqu. Bħal dejjem, saqsieni kif tinsab ommi u daqs li kieku hu ma kien għaddej mill-ebda tbatija, tani dik il-ħarsa li tgħid ħafna; jew kollox.

Dawn il-persunaġġi bħal nistħajjilhom ser jgħixu għal dejjem. Qatt ma bsart li dik kellha tkun tal-aħħar u saħansitra ilbieraħt lura ħarist lejn il-gallarija biex nara narahx kif kien qed ikun fl-aħħar snin.

Illejla filwaqt li l-inħawi fejn seħħ dan kollu jinsab mifqugħ bil-kant idarras ta’ Ivan Grech u jien qed nipprova ngħarraq il-ħoss bi ftit mużika mill-Palestina, id-dmugħ jinżel hekk kif ninduna li biċċa tassew sabiħa mill-identità li sawwritni u dik Beltija, intemmet. Belti kif nafha, tkompli tisparixxi.

Ma jibqax biss memorji ta’ Frans. F’moħħi jiġu ulied Frans u anki n-neputijiet tiegħu, ħbieb tiegħi – dawn tal-aħħar uħud mill-aħħar eżemplari ta’ tfal Pawlini Beltin li għadna x-xorti ngawdu – u noħlom li jekk ikolli x-xorti nixjieħ bħalma xjaħ Frans, narahom jiġġieldu huma wkoll għal dak li hu Belti, dak li hu tal-komunità, rett, skjett, ġenwin u ta’ valur.

Intemm dan il-ħsieb bil-memorja tal-vetrina tal-injam u ħġieġ li kellu Frans fil-ħanut. Il-ġenna minn hemm bdejt nifimha. Kienet vetrina antika, mhux wisq mgħobbija bi prodotti, imma fiha kont nilmah dawk il-gallettini jew ċikkulati li ta’ tifel li kont dejjem tlabt lil ommi ma tinjorax! U hekk kif kienet tisma’ talbi u nara lil Frans jgħolli l’atu sabiex inewwel dak li nkun xtaqt, kont intiegħem ferħ ġenwin li ma kontx insib fi ħwienet oħra.

Grazzi Frans. Kif saħaq sieħbi Mario Vella l-Brikkun, kultant niżolqu nożannaw lil xi ħadd li jiġi nieqes u npenġuh bħal qaddis miexi fuq l-art. Ma ngħidx li kont qaddis imma llum nixtieq infakkar is-sbuħija tas-sempliċità li kont tħaddan. Nitlob li l-Mulej ineħħi dik il-kisra minn għajnejk u jibdilha fi dmugħ ta’ ferħ kbir li bis-sempliċità ta’ ħajtek, għoġbok trawwem madwarek u anki fija. Grazzi ħafna Giles – konvint li, li kieku tiftakar fik, illum, anki ommi qed tibkik.

Ittra lill-Beltin ta’ vera

Waslet l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u ġietni muża li nikteb ftit ħsibijiet li ilhom iberrnu f’rasi sabiex il-Beltin li nhar is-Sibt jitħajjru jmorru jimmarkaw il-karta tal-vot, ikunu għamlu ħsieb jew tnejn dwar dak li verament qegħdin jagħżlu.

Irċevejna l-flyers, ġew iħabbtulna u jkellmuna l-kandidati, uħud iltaqgħu miegħi fl-organizzazjoni komunitarja li jiena membru fiha u l-maġġoranza stednuni sabiex nattendi l-festin tagħhom. Kulħadd stinka fl-aħħar jiem sabiex jurini x’isarraf. U hawn fejn nibda nirrifletti dwar min tassew ser nafda sabiex iwettaq jew twettaq dak li tassew nixtieq li jseħħ f’Kunsill Lokali tant prestiġjuż. Għax il-plejer tal-ballun niġġudikah mhux kif jidher fir-riklam liebes il-qalziet ta’ taħt issikkat, imma kif jilgħab il-partita deċiżiva li tiddeċiedi fejn imur il-kampjonat!

L-ewwel dispjaċir fil-kuntest Belti żgur li huwa dak li għal darb’oħra ma hawnx kandidati indipendenti u allura kull għażla li għandi hija ddettata minn ħsieb jew, sejjaħlu programm elettorali, ta’ Partit, żgħir jew kbir. It-tieni dispjaċir huwa li ma hemmx kandidati tal-Alternattiva Demokratika għall-belt kapitali. It-tielet dispjaċir huwa li l-kandidat tal-Partit Demokratiku, lanqas biss naf min hu. Biss l-akbar dispjaċir huwa wieħed u xi ftit kompless.

Dejjem emmint li kandidat li joffri ruħu sabiex jirrappreżenta grupp ta’ nies fuq livell politiku, għandu jindika eżattament x’inhuma l-miri personali tiegħu u mhux jissallab ma fuljett imfassal minn xi għorrief fil-Partit. Fi żminijiet politiċi oħra, dan kien jissejjaħ manifest. Illum nikkuntentaw b’xi ftit kummenti fuq Facebook u Alla m’għamlu! Nibqa’ nirrealiżża kemm il-Partiti, speċjalment dawk l-aktar b’saħħithom, iżommu lill-kandidati tagħhom bħal ostaġġi; fil-għama ta’ ċertu elementi sabiex dawn jibqgħu pedini fil-logħoba tagħhom. L-aljenazzjoni fost dawn il-persuni li ġenwinament jixtiequ jkunu ta’ servizz kultant twaħħaxni u ninduna kif jieħdu gost ikunu għodda ta’ Partit u mhux tal-komunità. Top to bottom approach!

Fl-aħħar snin u matul din il-kampanja elettorali, innutajt kif ħadmu l-Partiti. Il-Partit Laburista ippermetta li kandidati ferventi jibdew kampanja minn kmieni ħafna, però, kif kien bassarli partitarju Laburist kbir, fl-aħħar ġimgħat tal-kampanja tfaċċaw l-“istar candidates” sabiex jassiguraw li l-voti jmorru fejn jixtieq il-Partit – forsi fuq bażi ta’ popolarità, iżda wkoll sabiex ikun hemm min huwa iktar tal-qalba fil-kontroll tal-Kunsill. Strateġija li lil hinn mill-mitkellem bejn in-nies u li diġà jixhed hekk, tħallini nistaqsi kemm verament l-iswadra l-ħamra hija magħquda.

Tul l-aħħar leġislatura dan l-istess Partit aċċetta li fost il-kandidati tiegħu li l-Beltin għoġobhom jafdaw fl-elezzjoni li għaddiet, uħud abbandunaw totalment il-ħidma, filwaqt li oħrajn baqgħu jaħdmu b’riżervi minn ċertu distanza. Kont inħokk xagħri u nħabbat rasi nipprova nifhem għalfejn f’ċelebrazzjonijiet bħal Jum il-Belt Valletta jew il-Ġimgħa l-Kbira nara biss ċertu uħud u mhux kulħadd. Spiss pruvajt nifhem kif rappreżentanti hekk setgħu qatt jiddefendu kriżijiet tal-Beltin jekk lanqas biss kienu preżenti f’mumenti ta’ għożża jew kburija.

Għall-kuntrarju, il-Partit il-blu ħareġ bit-tema #teamvalletta li f’dan il-każ inħasset ġenwina u nkuraġġanti mmens. Fit-tmexxija tal-Kunsill li għadda, inħoss li l-Kapitali spiċċat sfruttata u assedjata minn żvilupp kummerċjali sfrenat li llum il-kultura Beltija qed tbati l-konsegwenza tiegħu. Jiddispjaċini li matul dawn is-snin, il-Kunsill Lokali aċċetta li jkun emarġinat minn deċiżjonijiet importanti li seħħew, aċċetta li ma jibqax protagonist – jekk qatt kien – forsi għax b’nifsu maqtugħ jew għax wisq twajjeb. Forsi, kif ħafna jgħidu, kien hemm ħafna ntoppi filwaqt li responsabbiltajiet u merti tteħdulu. Fl-aħħar snin il-Belt Valletta sofriet telfiet kbar, l-akbar fosthom, il-ġentrifikazzjoni sfrenata u sfurzata kif ukoll l-għibien kważi totali tal-ħidma tal-Karnival. Mhux ta’ b’xejn li fl-aħħar ċelebrazzjonijiet marbuta mal-ballun, qajla dehret ir-ruħ kreattiva u kulurita ta’ Beltin. Kif jgħid ħabib kbir tiegħi, ir-ruħ ġiet traskurata biex għamilna spazju għas-sbuħija kożmetika biss.

Minn dejjem ma kellix grazzja mal-aljenazzjoni politika. U iva, hija dik l-ikbar dispjaċir. Dispjaċir imġedded fl-aħħar xhur meta waqt konverżazzjonijiet ma’ kandidati varji, ninduna kif l-ebda kandidat ma huwa jew hija aġġornata b’dak li qed jiġi mfassal għall-Belt. L-ebda kandidat ma kien konxju mit-twaqqif tal-Valletta Management Unit fi ħdan il-Heritage Malta – u li s’issa għadha ma ġietx varata. Jidher li Heritage Malta, ħatret lilha nfisha sabiex tkun responsabbli mill-immaniġġjar tal-ispazji fil-Belt Unesco u attivitajiet tal-komunitajiet, bħala ‘belt ħajja’. Jiddispjaċini li inizzjattiva hekk, l-istess bħal dik kulturali tal-VCA, twaqqfet lil hinn mill-Kunsill Lokali Belti; fejn hemm ir-rappreżentanti tal-Beltin. Jiddispjaċini aktar li l-kandidati tħallew fid-dlam minn dan kollu. Saħansitra wieħed fost l-aktar kandidati papabbli qalb il-Laburisti saħansitra qal li “jekk huwa hekk, nirriżenja!”. Nistennew u naraw.

Avviż ippubblikat 14/03/19 mill-Valletta Management Unit

Il-kandidati Beltin f’din l-elezzjoni huma kollha ħbieb tiegħi u naf x’isarrfu, allura nistmerr l-idea li dawn il-professjonisti varji jitħallew ‘l barra minn dawn l-pjanijiet, filwaqt li strateġisti varji, ifasslu destin ta’ individwi, familji u komunitajiet Beltin madwar mejda. Sfortunatament it-“top to bottom approach” fl-entitajiet governattivi jibqa’ kankru li qed ikompli jitrawwem anki f’amministraturi żgħażagħ bravi mgħammda bl-idea li jaqdu tfassil iddettat mill-għoli li forsi joffrilhom pedistall ileqq minn fejn jiddu.

Nhar is-Sibt sejjer nivvota lil dawk li nemmen li verament konxji minn dak li qed jiġri fil-Belt. Dawk li għadhom iħaddnu l-valuri. Lil dawk li jiftakru fi kliem il-Beltin li ħallewna u li rrepetewlna sa mewthom li l-Belt Valletta mhix għall-bejgħ. Ser nivvota bix-xewqa li l-kunsilliera jkunu xewka f’sorm kull pseudo-Belti li jaħseb li jaf aktar mill-Beltin. Ser nivvota bix-xewqa li Kunsill ġdid jiġġieled ġlieda qalila kontra l-ġentrifikazzjoni u l-arroganza ta’ numru ta’ kummerċjanti li ladarba l-Gvern tahom palata, dawn għamlu kullimkien tagħhom. Ser nivvota bix-xewqa li ċertu żbalji ħoxnin fl-ippjanar tal-bini fil-Belt Valletta jiġu revokati. Ser nivvota bix-xewqa li Kunsill ġdid ikun raġel u jammetti bla tidwir mal-lewża li l-kokaina saret reġina ta’ din il-Belt. Li Strada Stretta, proġett li kien tant ċentrali fil-ħidma lejn l-2018, illum hija mekka mhux biss ta’ tendenzi kummerċjali li ma jixirqux lill-Belt iżda wkoll mekka tad-droga; periklu f’linji tat-trab, speċjalment għal ħutna Beltin żgħażagħ li qed isibu sors tant qrib ta’ darhom. U Sinjura, jekk taħseb li neputik għadu ma missx magħha, jaf għandek żball oħxon!

Nhar is-Sibt sejjer nivvota biex forsi nkun rappreżentat minn nies li jaqdu dmirhom qabel ma jippruvaw jilgħaqu lill-varji chairmans, Prim Ministri, kapijiet jew allat oħra.

Nittama li din il-Belt mibnija minn swar porużi issib nifs ġdid fil-Kunsill Lokali 2019 sabiex minn hemm titrawwem demokrazija fejn il-valuri tal-Beltin ikunu ċentrali u jingħataw priorità u niċċa ġdida. Forsi ma tafx kif u l-pjan maħsub li l-Beltin ikunu xkupati, ma jirnexxiex!

Awguri ħuti Beltin! Kunu għaqlin!