Beauty is an option for art and not a necessary condition. But it is not an option for life. It is a necessary condition for life as we would want to live it. (Danto, 2003, p. 160)
girl;interviewed was a collaborative project undertaken together with my friend photographer Kenneth Borg between 2006 and 2008 culminating in an exhibition held at the Malta Maritime Museum in Vittoriosa between October and November 2008. Following eighteen months of research and production, Kenneth’s photographic portraits and my digital re-interpreations were displayed alongside each respective par.
The process had us approaching and getting to know eleven young girls who were initially picked through their social media profiles on hi5. Rather than just posing for a photo, each girl lended herself for us to become familiar with her personality, her lifestyle and her culture. All this served as an inspiration and rationale behind each respective work.
I re-interpreted Kenneth’s pictures, or details of each, through a free, yet balanced choice of hand-made and digital interventions.
girl;interviewed was percieved by both of us as “a dive into femininity, an adventure at evoking respect and admiration towards women and the female world.” The project could well contribute to Boyd White’s considerations about beauty, in his paper “A Beauty Contest(ed): In Search of the Semi-naked Truth”.
Here is a commentary, in Maltese, about this project as written and read by artist Alfred Camilleri on launch day:
“Sinjuri insellmilkom.
Fil-karriera tiegħi ta’ għalliem, li s’issa laħqet is-sitta u tletin sena, fost dak li tgħani u għadu jgħatini sodisfazzjon, hemm żewġ sitwazzjonijiet partikulari. L-ewwel, ta’ dak l-istudent, li wara li jkun spiċċa mill-iskola, b’xi mod jew ieħor tibqa’ tarah jikber maż-żmien u jimxi ‘l quddiem fil-karriera artistika tiegħu. Din is-sitwazzjoni tgħodd għal Paul Mizzi. Imbagħad hemm dak l-istudent, li wara l-aħħar lezzjoni, imur għal triqtu u ma tarahx aktar, sakemm xi darba, wara numru ta’ snin, tiltaqa’ miegħu, u għax ma tgħarfux jgħidlek “int kont tgħallimni”. Hekk ġara fil-każ ta’ Kenneth Borg.
Grazzi minn qalbi lilkom iż-żewġ eks-alljevi tiegħi, ta’ dan il-privileġġ li tgħajtuni illum biex inkun jien li nintroduċi din il-wirja tagħkom.
Il-wirja li għandna ta’ Kenneth u Paul hija wirja kemmxejn partikulari. Dan għaliex għalkemm il-kamera u l-kompjuter huma għodod popolari fil-qasam tal-arti viżiva, il-ħsieb wara din il-wirja pjuttost jiddistingwiha minn oħrajn li wieħed jista’ jassoċjahom fl-istess kategorija. Fl-arti, ħafna drabi, il-proċess flimkien mal-kunċett għandhom importanza daqs jekk mhux aktar mir-riżultat finali u komplut.
Ix-xogħol li qed jiġi esebit f’din il-wirja ġie determinat minn fażi preliminari, fejn dawn iż-żewġ artisti fittxew li jsiru jafu kemm jista’ jkun kull persuna li madwar id-dehra tagħha inħadmu ix-xogħolijiet li hawn esebiti.
Għalhekk it-titlu li Paul u Kenneth għażlu għal din il-wirja “girl;interviewed” (tfajla intervistata) letteralment jirreferi għal dan l-istadju preliminari, fejn iż-żewġ artisti zgħażagħ fittxew li jsiru jafu kemm jista’ jkun mil-qrib il-karattru u l-personalità ta’ kull mudella. Dan sar permezz ta’ konverżazzjoni informali qabel u waqt numru ta’ photo sessions f’lokalitajiet differenti u suġġestivi.
Ix-xogħolijiet ta’ Kenneth u Paul, għalkemm għandhom l-istess punt tat-tluq, f’dan il-każ il-mudella bħala sors primarju, jinfirdu minn ma’ xulxin lejn direzzjonijiet kuntrastanti. Għalhekk huma żewġ binari paralleli magħqudin biss bejniethom mill-fatt li għandom l-istess tema. Ix-xogħolijiet ta’ Kenneth narahom fil-ġeneru tal-fotografija klassika u monokromatika, black and white, fejn l-identità unika tal-persuna quddiem il-lenti tieħu l-importanza kollha li jixirqilha waqt li din tiġi inkwadrata mill-osservazzjoni akuta tal-fotografu. L-attenzjoni minn Kenneth lejn l-isfond (il-background) f’termini ta’ tessitura u forom ikomplu jgħaqqdu il-kompożizzjoni mal-espressjoni individwali tiegħu. Ix-xogħolijiet ta’ Paul mill-banda l-oħra huma reminexxenti tal-arti Pop, li hija waħda mill-iżviluppi stilistiċi li seħħew fl-istorja tal-arti viżiva moderna. Hawnhekk, ir-ritratt fotografiku, f’dan il-każ, li jkun ħadem Kenneth, jgħaddi minn metamorfosi grafika ta’ interventi ikkuluriti u l-figurattiv jiġi kkombinat mal-astratt b’mod nadif u bilanċjat.
Iżda fuq kollox hawnhekk għandna wirja ta’ kuntrasti; kuntrasti ta’ bejn żewġ individwi li jaħsbu fuq dak li qed jagħmlu individwalment iżda wkoll f’kollaborazzjoni flimkien. F’din il-wirja nosservaw il-kuntrast bejn il-waqfien ta’ mument uniku fiż-żmien fir-ritratti personalizzati, kultant solitarji ta’ Kenneth u ċ-ċaqlieq improvizzat, bħal serata ta’ mużika jażż, fil-ħżuż tal-lingwaġġ grafiku ta’ Paul. Hawn għandna kuntrast bejn is-sottilezzi kultant delikati tal-passaġġ mid-dawl għad-dell u d-dlam fir-ritratti ta’ Kenneth u l-iskala ta’ lwien armonizzati li jinfirxu bħal murtali siekta tal-kulur fix-xogħolijiet ta’ Paul; għandna kuntrast bejn dik l-atmosfera sofistikata, personali, kultant awstera fir-ritratti ta’ Kenneth u dik l-arja estroverta u ta’ festa f’dawk ta’ Paul.
Interessanti dawn il-kuntrasti bħalma huwa daqstant interessanti kif dawn l-istess kuntrasti jikkumplimentaw il-fattizzi differenti tal-mudelli, tal-gosti varji tagħhom, ta’ kif jilbsu u jżommu xagħarhom, ta’ kif jittrażmettu, b’mod naturali, il-personalità tagħhom. Fl-aħħarnett inħoss li dawn l-aspetti kollha jagħtu lil din il-wirja karatteristika partikulari, dik tad-diversità. Din id-diversità hija ċara u hija riżultat ta’ kollaborazzjoni sħiħa; kollaborazzjoni bejn l-individwi nvoluti f’dan il-proġett, fl-ideat u l-gosti diversi tagħhom, waqt li kulħadd jibqa’ jżomm l-individwalità tiegħu u jesprimiha.
Ma fadalli xejn xi ngħid aktar ħlief prosit lil Kenneth u ‘l Paul; nawguralkom kull suċċess waqt li niddikjara din il-wirja miftuħa. Grazzi.”
Alfred Camilleri