Niskanta kif għad hawn min jistaqsi “jaqaw fil-Libja qed jiġri xi ħaġa?”. Kultant tgħejjini l-injoranza tal-Maltin. Il-kelma njoranza nħobb nifhimha mhux kif dejjem għallmuni imma kif iħobb jispjegaha tajjeb Marco Castoldi, meta jgħid li l-injoranza… more
Omm l’injoranza dejjem tqila
28 February, 2011
Beningi u belti
19 February, 2011
Tinżel bħal għasel, mixja tul it-toroq ta’ beltna l-kapitali f’dawn is-siegħat tal-ġurnata. Anki jekk tiġi bla mistenni. Ix-xewqa tgħelibni u iktar milli riġlejja, qalbi timbuttani ngħamel pass, ieħor u ieħor. Nintilef inħares ‘l fuq u… more
Iva? Le? Forsi? Imma xi jfisser?
17 February, 2011
Jidher li aktar ma jgħaddi, aktar qed noqorbu għal mitiku referendum. “Referendum”, kelma li tqabbadni t-tkexkix wara l-fares li saru lura fl-istorja ricenti ta’ pajjiżna. Kelma li anki wara dawk il-fares kollha, ħadd minn dawk… more
Saqsejtni “Are you sure it’s a good thing that Malta’s Catholic!?”
11 February, 2011
M’inix xi kattoliku ferventi. Minn naħa l-oħra, bħal xi nies li nafu, naf napprezza kulturi, reliġjonijiet u tradizzjonijiet differenti minn tiegħi. Nemmen li l-Knisja Kattolika, Kristu ffurmaha fuq bażi ta’ principji ta’ mħabba reciproka u… more
Ħela fl-użu tal-karta
3 February, 2011
Għal darb’oħra rcevejt dokument mitbugħ fuq 144 paġna. Dokument finanzjarju ta’ aġenzija – fi ftit kliem dokument bla użu ħlief biex ingawdi r-riħa tal-karta. Minjaf kemm -il kopja ntremew illum mingħajr lanqas biss infetħu? Illum… more
Veronika
24 September, 2007
Timsaħlix wiċċi
biex tgħidli li tħobbni
u titlaq;
tħallini waħdi
mgħobbi b'salib.
Timsaħlix wiċċi
biex tgħidli li tħobbni
u tifraħ
b'maktur satin
mimli dmija.