Għal darb’oħra rcevejt dokument mitbugħ fuq 144 paġna. Dokument finanzjarju ta’ aġenzija – fi ftit kliem dokument bla użu ħlief biex ingawdi r-riħa tal-karta. Minjaf kemm -il kopja ntremew illum mingħajr lanqas biss infetħu? Illum fl-era tal-internet mhux biżżejjed nircievu nota (jew aħjar email) li tindika minnfejn jista jitniżżel id-dokument u jipprintjah min jinteressah?