Tisbita tal-beati paoli

Reġa’ wasal il-25 ta’ Jannar. Miegħu ħafna ħsibijiet u sensazzjonjiet kontrastanti. Qabel l-ewwel ħjiel tal-għodwa, innutajt lil sħabi jippostjaw ritratti marbuta mal-konverżjoni ta’ Pawlu fuq Facebook. Illum għal ħafna Pawlini jiftaħ is-siparju fuq il-festi sbieħ… more

Is-sena 2018

Is-sena tal-Greċja, l-Italja u l-Portugall. Tas-37. Is-sena tal-festa mnejjka u l-mewt taz-ziju. Is-sena ta’ Higuain, tal-vjaġġi f’Għawdex. Is-sena tal-Kobba. Is-sena tal-mewġ fil-Port il-Kbir. Is-sena ta’ Giorgio Poi u Andrea Laszlo de Simoni. Is-sena fejn ħassjetni… more

Wegħda għal Milied tajjeb

Mario, Giselle, Anġlu, Romina… nista’ ngħid li l-Milied ħa tifsira friska permezz ta’ dawn in-nies u l-esperjenza li qed ngħixu flimkien fl-aħħar xhur. Nies ta’ qalb kbira u li ma jistennewx illum biex jifhmu x’inhu… more

Xewqat sbieħ

Qed nieħu pjaċir nerġa nsib ħin sabiex nikteb. Grazzi għalik. Nixtieq naqsam miegħek il-ferħ ta’ din ix-xewqa li nsir nafek. Bħal tifel żgħir, noħlom li tkun f’idejja, mixħuta komda titkellem dwarek; dak li jeċitak, dak… more

Procula

L-aħħar jum, illum. Jew forsi lbieraħ. Il-gawwi Grieg ittajjar bla ħadd tbissimlu. Bla ħadd ma stħajlu jintelaq fuq żiffa fil-Port. L-għatx siket. Ċeda. Il-pinnola morra tal-ħajja reġgħet kebbset fjammi jaqtgħu u jqattgħu bħal silġ miksur.… more

Ġewwa jew barra?

Fis-26 ta’ Awwissu li għadda r-residenti tal-Belt Valletta ingħaqdu flimkien sabiex jirrakkuntaw il-ħajja kontemporanja tagħhom lill-bqija tal-poplu. Il-konkorrenza kienet il-ġmiel tagħha għalkemm qajla sar reklamar. Saħansitra għadd ġmielu ta’ posters inqalgħu matul il-lejl ta’ qabel… more