The traditional painting technique decorating transportation vehicles. Tberfil involves a trained hand, a keen eye and a disciplined mind. It's spontaneity mixed to technique. Much like these writings.
Ġimgħa kbira
Sfortunatament illum ma stajtx ingawdi t-tifkira ta’ dan il-jum partikolari kif kelli ppjanat. Kelli nċedi għall-mard, forsi ma tafx kif inkun aħjar fi ftit siegħat. Kont qed nisma’ il-kummentarju sabiħ ta’ Ġorġ Peresso. Sabiħ tassew… more
Kalendarji
Illejla l-kalendarju 2017 jintrema. F’din il-kultura għaġġelija ħafna drabu narmu miegħu ħafna memorji ta’ esperjenzi li seħħew tul dawn it-365 jum u naħsbu li għada b’xi maġija, kollox se jkun aħjar, ilellex u melodjuż mingħajr… more
Ċaw teżor! – Tislima lil Sabrina Carabott
L-isbaħ ġuvni tal-univers, jew aħjar, San Lawrenz, dalgħodu qaleb is-siegħa u stenbaħ bik ħdejh Sab! Forsi bħali ma stennikx daqshekk malajr, imma l-ġlieda li ġġilidt, ta’ mara kuraġġuża li dejjem kont, kienet iebsa u kiefra.… more
Helena Dalli u Pawlu Mizzi
Ilbieraħ kelli bżonn immur sa The Point u pparkjajt għal madwar 20 minuta. Hekk kif wasalt biex noħroġ, tfajt il-karozza f’ġenb u nżilt sabiex insarraf il-biljett mill-kamra li hemm intenzjonata. Kont diġà lmaħt lil Parlamentari… more