Ħallihom it-trabijiet ħa jorqdu
Fid-dlam, fl-uġiegħ, fil-ġirja.
Taħlix ħin.
Għannaqni sakemm tgħejja.
Sakemm ġranet jgħaddu
u l-kalendarju jmut.
Sakemm ma nintebaħx bi ħsiebek
u bħal iblah tarani nitbissem.
Għannaqni sakemm tokrob.
Sakemm qalbek ittir lejn xita bieżla
u tirżah qalb silġ li ma jdubx.
Sakemm nitpaxxa f’ħarstek
u f’ħoġrok tismagħni nibki,
għannaqni.