Għebu

Tmien xhur stennija
intilfu ma’ berqa.
Bħal berqa.
Għebu.
Bħall-aħħar snin
mimlija mħabba
li llum itterter fil-kesħa
ta’ għaraq Awwissu.

Tmien xhur stennija,
intilfu ma’ berqa.
Destin.
Veduti mnejkin
mimlija ħoss, kuluri.
Illum iżarżru ċaflis
ta’ meraq lumija.

Jieqaf il-ħin
biex nifhem.
Inħares x’imkien ieħor.
Pass ieħor.
Sabiex nintilef
f’ħarset mara tal-maġija.