Impossibbli

Il-lingwa ta’ qalb u qalb
hi siekta.
Tintmiss biss mill-ftit.

Mhux ittri, iżda dmugħ,
jaħarqu,
itappnu l-karti.

Għax x’inhuma l-kliem,
jekk il-qalb ma’ tifhimx?
X’inhuma d-dmugħ,
jekk il-kliem ma’ jafux?

Aħtafni ħdejk.
Irrakkuntali storja sabiħa
ta’ ħajja meraviljuża
fejn fjura tikber ma kull tokk ta’ qalbi,
fejn mhux dmugħ iżda xita friska taħsilni,
fejn ħadd ma jiċħad li dan possibbli
fejn ħadd ma jlaqlaq ħdejn l-impossibbli

Irrakkuntali storja
fejn raġel jgħix għal dejjem fil-mara,
fejn mara tfawwar fi ħdan raġel,
fejn lanqas mewt ma tifred;
jew jekk tipprova, tiżbel,
għax hemm tifhem l-impossibbli.