Il-weraq ġrew wara xulxin,
jinnamraw f’buffura riħ.
Esperiment il-ħajja.
Sa ma ħalba xita fixklithom
u weħlu f’żogħżithom mgħarrqin.
Sa ma nixfa kiefra qalgħathom mit-trabijiet.
Sa ma rritornat żiffa li dewqithom is-smewwiet.