Ittra lill-Beltin ta’ vera

Waslet l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u ġietni muża li nikteb ftit ħsibijiet li ilhom iberrnu f’rasi sabiex il-Beltin li nhar is-Sibt jitħajjru jmorru jimmarkaw il-karta tal-vot, ikunu għamlu ħsieb jew tnejn dwar dak li… more

Ġirbi b’dixxendenza u b’direzzjoni

Sieħbi Christopher Cassar talabni nikteb kelmtejn dwaru fil-perspettiva tal-ħidma li għaddej biha sabiex f’Mejju li ġej, il-Ġirbin jagħtuh il-fiduċja tagħhom u jerġa jirritorna bil-kbir fil-Kunsill Lokali tal-Birgu. Tajtu kelmti li nagħmel hekk bil-mod tiegħi. Ma… more

KOBBA | Għeluq

L-Erbgħa li għadda, sieħbi James Vella Clark bgħatli messaġġ sabiex jindikali li kien hemm inervent ta’ Franco Battiato fuq RAITRE. Ma lħaqtx rajtu sfortunatament. Il-Kobba, il-proġett artistiku ntemm nhar il-Ġimgħa. Imma mhux il-kobba fiha nfisha. Mid-dar… more

Kantiku għall-emozzjoni

Għaddew erbgħa u għoxrin siegħa ntensi. Emozzjonijiet, waħda wara l-oħra. U issa fl-aħħar għaxar minuti tal-aħħar siegħa tas-26 ta’ Frar xtaqt inħarbex kelmtejn għal din il-memorja. Il-jum beda b’diskursata ma’ Alex dwar il-crowdfunding b’risq l-appell kontra… more

X’fakkritni d-dementia

Id-dementia hija kundizzjoni li tnawwar. Nistħajjilha moffa. Kundizzjoni li tbikkem lill-vittma waqt li din tagħraf it-telfien ta’ kull fakultà iseħħ bla ma tista’ tintervjeni. Id-dementia hija kundizzjoni li tħoll il-bniedem minn kull ħsieb u tifdi lir-ruħ… more

Ħajtek mhix dwarek

Għaddiet il-Festa. Kemm jien kburi! U kemm emozjonijiet jibqgħu! Kemm riflessjonijiet, xewqat, dubji, taħbit tal-qalb, eċitament. Fit-3:15 ta’ filgħodu qalb il-mard li fl-aħħar qed iċedi, tiġi din il-muża tokrob sabiex tinkiteb. Il-kitba hija passjoni u… more