X’inhu dak li wara lejl twil u mħarbat, imżejjen b’biki u inkwiet, jiġi b’ħolma ta’ vjaġġi li jaqtgħu n-nifs, perikolużi, f’tubi dojoq sakemm inqum maħsud u hemm insibu jżiegħel bija b’xewqa ta’ tjubija mdendla f’għoli ta’ siġra?
Il-ħoss etern ta’ ħsieb pur bħas-silġ idakkar madwari b’din l-ossessjoni li tinbet minn żerriegħa antika, mormija. Żerriegħa li tinbet bir-riskju ħlejju li tikber siġra; kenn mill-vojt ta’ madwari.