Sal-ġurnata mqaddsa tal-llum għadni qatt ma ltqajt ma xi ħadd li rebaħ premju mill-Lotterija tal-VAT. Mingħajr l-iċken sorpriża, minn l-eluf kbar ta’ rċevuti li l-familja tiegħi tibgħat, lanqas qatt ma telgħat waħda. Biss dan l-aħħar xi ħadd qalli li hawn xi ħadd maħbub sew max-xorti.
Jidher li fl-aħħar estrazzjoni li saret fis-sbatax ta’ Ġunju 2013, xi ħadd imwieled fl-1982, kien tassew furtunat! Apparti li telgħat irċevuta minn tiegħu, telgħat ukoll it-tieni waħda. Tassew fortuna. Iżda dan mhux biżżejjed. Il-persunaġġ misterjuż rebaħ l-akbar żewġ somom tal-ġurnata: €11,647.00 għal darbtejn! Dan jista’ jiġi vverifikat hawn.
Filwaqt li b’intenzjoni, ngħażel li ma nkunx sarkastiku għax ikun hemm min jispiċċa jitbaqbaq, nifraħ lil dan il-persunaġġ minn qalbi. Nirreferi wkoll mistoqsija lid-Dipartiment ikkonċernat sabiex jinvestiga għandux jintlaħaq ftehim fejn għallinqas ġukatur ikun jista’ jirbaħ darba biss f’kull lotterija – sabiex b’hekk jingħata iktar ċans ta’ rebħ lil nies varji… forsi jien, forsi, min jaf?!