Ġimgħa kbira
30 March, 2018
Sfortunatament illum ma stajtx ingawdi t-tifkira ta’ dan il-jum partikolari kif kelli ppjanat. Kelli nċedi għall-mard, forsi ma tafx kif inkun aħjar fi ftit siegħat. Kont qed nisma’ il-kummentarju sabiħ ta’ Ġorġ Peresso. Sabiħ tassew… more
Kalendarji
31 December, 2017
Illejla l-kalendarju 2017 jintrema. F’din il-kultura għaġġelija, ħafna drabi narmu miegħu ħafna memorji ta’ esperjenzi li seħħew tul dawn it-365 jum u naħsbu li għada b’xi maġija, kollox se jkun aħjar, ilellex u melodjuż mingħajr… more
Ċaw teżor! – Tislima lil Sabrina Carabott
29 October, 2017
L-isbaħ ġuvni tal-univers, jew aħjar, San Lawrenz, dalgħodu qaleb is-siegħa u stenbaħ bik ħdejh Sab! Forsi bħali ma stennikx daqshekk malajr, imma l-ġlieda li ġġilidt, ta’ mara kuraġġuża li dejjem kont, kienet iebsa u kiefra.… more
Gent
23 October, 2017
Rasi baxxuta, ġismi għasra. Ninnota s-swaba ta’ saqajja mrassa fuq art tiżloq. Il-qtar jiżżerżaq ma’ wiċċi, spallti, sidri, żobbi u saqajja sa ma jintelaq fl-art. Il-fwar jgħannaqni f’dil-kaxxa fejn ġismi nħossu sabiħ. Illum irħejtilha lejn… more
Iblah
7 August, 2017
Iblah Ikaru, iblah.Tbellaħ, iblah.Stupidu trid tkun,stupidu kuljum.Ittajjar, issabbatfuq kliemha,fuq ħarset għajnejha.Tqarreb lejn ix-xemx;Inħaraq. ——————————— Ispirata minn ‘Icaro’ ta’ Serena Gatti“L’ultimo schianto, il più crudele, è vivere senza tentarea quello non mi voglio rassegnare”.” more
#familja
2 July, 2017
Il-ħajja hi li hi. L-aħjar deskrizzjoni li ltqajt magħha sal-ġurnata tal-llum, hija dik tal-assurdità kif deskritta minn Camus fil-kitbiet tiegħu. L-assurd illum insibu jiżfen madwari. Kultant meta jistedinni għal birra, insellimlu, nieqfu ngħidu kelma u… more
Ħsieb 23
28 May, 2017
Għażiża, Illum rajt il-mewt viċin. Ħafna. Kos! Kemm hi nitfa l-ħajja! Realtà li tintemm f’tebqa t’għajn bla mistenni. Kemm hi leħħa l-mewt. Tiġi, u lanqas ittik ċans isselmilha jew tieħu stessu magħha. Tieħdok bla wisq… more
Maskla
12 March, 2017
Il-gawwi ttajjar
qalb sodod b’qalb nieqsa
u fjur moribond.
Post bews iwennes
ħadu baħħ t’indulġenzi.
Fadal biss xejn
u r-rebħa tal-biżà.
Taħt maskla sewda
b’imnieħer twil
inġorr tbissima
u poeżiji nexfin
jistennewni nsemmik.
Xebbagħni San Pawl!
9 February, 2017
Xebbagħni San Pawl!Xhur ta’ ħidma sfieqa, u llum jumejn qabel nharu, xejn ħlief xita! Anki tal-Uffiċċju Meterjoloġiku ma ġabuhiex żewġ – skonthom ma kelliex tinżel xita wara ċertu ħin.Xebbagħni San Pawl!Il-kollega jibqa’ jargumenta li dan… more