• Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter

Search

  • Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact

Articles

Blog
Artistic
Research

Perfezzjoni

7 September, 2014

F’siktu taspira li kollox, li kulħadd huwa perfett,
li timxi b’lazz maħlul biex tinżel tixref taħt dublett?

F’siktu toħlom kastelli fl-arja,
u tistaqsi kollox; Malta jew l-Italja?

F’siktu tħobb u timbotta jew li l-imħabba tħottha?

F’siktu ttir bħal farfett?
F’siktu toħlom l’int perfett?

Fwieħa u ħlewwa

7 September, 2014

Fil-lożor ftakart -
wara n-naxra friska,
taħt żiffa sajfija.

Fil-fwieħa u l-ħlewwa li jarmu
fuq soddti,
ilmaħtek tiġbor xagħrek
u stħajjiltni mmelles
għonqok b’xufftejja.

Naqra naqra

7 September, 2014

Pass pass, imxejna;
Ponn ponn, tkissirna;
Biċċa biċċa, nġbarna;
Ftit ftit, dħakna;
Jum jum, xjaħna;
Demgħa demgħa, bkejna;
Bewsa bewsa, tħabbejna;
Kelma kelma, wasalna.

Santa Marija

16 August, 2014

Bum, bum, bum, bum… bum Bum, bum, bum, bum… bum Bħar-re maġi, segwiet l-istilla murtal. Tlieta lejn il-grotta, hi lejn l-irwejjaħ ta’ gallinar. B’ħarsitha ‘l fuq, waqfet quddiem ċorma għażżiena ta’ kurjużi Maltin, b’siġġijiet u… more

Penġi

29 July, 2014

Penġi Pawl,
forsi tinsa, jew taljena.
Minjaf?
Forsi tara l'Alla.
Jew forsi tibilgħek balena.

Vuoto 28

4 July, 2014

Il tuono del primo lampo
oggi ha riempito il mio cuore.
Un'eco fredda mi accarezza,
mi attraversa,
finché non ci sento più
e senza accorgermi
esco sotto pioggia intensa
per pulire i miei pensieri sporchi

Vjaġġ

4 July, 2014

Lil Malta ninsiha.

Sqallija.
Minn xifer sa xifer, niġriha.
Ċeramika, granita,
muntanji u qaddisin

Issa lura sejrin.

Sqallija.
Inħalliha.
Minn Max u l-maħbubin
għall-ħanxra tal-Maltin

Żiffa

4 July, 2014

Iż-żiffa kixfet
l-istilel mistħija,
u sikktet lil-lejl,
l-imħabba ‘mgħoddija.

Tajritni sar-raħal;
ir-raħal ta’ Frar.
Malajr qabel jisbaħ,
jsir kollox duħħan.

Nisparixxi

4 July, 2014

Nisparixxi.
Strixxi.
Nitradixxi
jew nisparixxi.
Ma’ ġismi, strixxi.
Qoton.
Għaraq.
Nesibixxi
xewqa li nisparixxi.

  • «
  • 1
  • …
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • …
  • 23
  • »

© 2026 Pawlu Mizzi. 

  • Privacy Policy
  • Terms of Use
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter