Kwieta,
bħal berqa siekta,
int xegħelt il-kamra
hekk kif waqa’ id-dlam.
Minn wara l-ħġieġ rajtek
u komplejt ngħix.
Kwieta,
bħal berqa siekta,
int xegħelt il-kamra
hekk kif waqa’ id-dlam.
Minn wara l-ħġieġ rajtek
u komplejt ngħix.
Id-daħk ifaqqa’ jinstema ċar lil hinn mit-teknoloġija li deffist f’widnejja. Il-mużika tixtieq twassalni fi ħsieb dwarek, bħal qabel, bħal kull lejl, iżda llum qed tfalli. Iċ-ċattra tmewweġ fuq infinità ta’ dlam, f’direzzjoni kompjuterizzata, bla kulur.… more
L-individwaliżmu huwa l-kawża qerrieda ta’ tant firdiet u tant solitudni fil-kultura essenzjalment konsumerista tal-Punent. Jien, jien umbagħad jien. Illum nitgħallmu u nippriedkaw kif infendu waħedna, kif nesprimu dak li naħsbu b’assertività u kif inħossuna kapaċi… more
Sisifu jiddieħak,
jitnejjek bija.
Pruvajt inpenġik
fi kliem poeżija.
Kienet ilha snin tberren f’rasi. Illum il-ħolma ċkejkna saret realtà. Kulħadd konxju li s-sengħa tat-tberfil qegħda, kulma jmur, tisparixxi u allura xtaqt li jien ukoll ngħin biex dan ma jseħħx. Lura fl-2003 kont tgħallimt napprezza… more
Remurdered. Maqtul mill-ġdid. Biċċa mużika ideali għall-ġurnata tal-llum fejn ħafna nies madwari narhom mitlufa wara tifkiriet ta’ żagħżugħ tal-età preċiża tiegħi li spiċċa msallab wara li ngħata bewsa. Illum ma tantx għandi ħin nikteb minħabba… more
Once there was a girl who lived in a workshop. She felt as if… Darba waħda kien hemm tfajla tgħix f’maħżen. Kienet tħossha bħal Santa Klaws. Santa Klaws għal tfal li llum adulti. Ix-xewqa tagħha… more
Ilbes għax tiksaħjew tibla xi riħ.Mhux żmien li tinkixef,tiġġerra fil-ksieħ. X’qed tagħmel hawn barra?Ingħalaq fis-skiet.Taf sew li dan moħħi,ma jrid l-ebda nkwiet. Fuq ġewwa l-kuluri!X’ħriġt tagħmel fid-dlam?Int tad-demm u l-laħam,jew qalb tal-injam? more
Il-qaddisin ixxabtu mal-kantunieri. Kif jgħidu, kulħadd sindikajr. Il-kelb nebaħ u smajna l-eku jgħarrax ‘il Gardjola. Kristu msallab f’niċċa roża ’l bogħod minn ommu xtaq ċikkulata mgeżwra fid-deheb hekk kif lemaħni ngerrem l-aħħar xifer tal-lewża. Passjoni.… more