L-arloġġ itektek,
ix-xemx nieżla.
Sbuħitek nisġa
ta’ brimba bieżla.
Nisġa
27 September, 2014
Żiffa
7 September, 2014
Il-weraq ġrew wara xulxin,jinnamraw f’buffura riħ.Esperiment il-ħajja. Sa ma ħalba xita fixklithomu weħlu f’żogħżithom mgħarrqin. Sa ma nixfa kiefra qalgħathom mit-trabijiet.Sa ma rritornat żiffa li dewqithom is-smewwiet. more
Impossibbli
7 September, 2014
Il-lingwa ta’ qalb u qalb
hi siekta.
Tintmiss biss mill-ftit.
Mhux ittri, iżda dmugħ,
jaħarqu,
itappnu l-karti.
Għax x'inhuma l-kliem,
jekk il-qalb ma’ tifhimx?
X'inhuma d-dmugħ,
jekk il-kliem ma’ jafux?
Aħtafni ħdejk.
Irrakkuntali storja sabiħa
ta’ ħajja meraviljuża
fejn fjura tikber ma kull tokk ta’ qalbi,
fejn mhux dmugħ iżda xita friska taħsilni,
fejn ħadd ma jiċħad li dan possibbli
fejn ħadd ma jlaqlaq ħdejn l-impossibbli
Teresa
7 September, 2014
Ferraħni għal mument wieħed għax għandi bżonn ħolma biex ngħix għada. Rawwimli t-tama sabiex nistrieħ u norqod bi tbissima. Anki jekk l’għada inti tgħib. more
Tokk
7 September, 2014
Illum mhux insib poeżija.
Wisq kliem, jew forsi xejn.
Mall-pass tat-tokk
u t-tkarwit tal-frejgatina,
ngħodd ritmu ħafif
t'għajnejn jingħalqu;
ta’ sentenzi li jintemmu bik.
L-Għarbiel
7 September, 2014
Ħsibijiet elufu kliem biss ftit.L-għarbiel mhux ilaħħaq. Ħarsa ġenwina, kultant titkellem.Kliem maħtuf, mhux maħsub,jimmuta. more
Għebu
7 September, 2014
Tmien xhur stennija
intilfu ma’ berqa.
Bħal berqa.
Għebu.
Bħall-aħħar snin
mimlija mħabba
li llum itterter fil-kesħa
ta’ għaraq Awwissu.
Tmien xhur stennija,
intilfu ma’ berqa.
Destin.
Veduti mnejkin
mimlija ħoss, kuluri.
Illum iżarżru ċaflis
ta’ meraq lumija.
Jieqaf il-ħin
biex nifhem.
Inħares x'imkien ieħor.
Pass ieħor.
Sabiex nintilef
f'ħarset mara tal-maġija.
Ma rridx
7 September, 2014
Ma rridx nikteb,
għax il-kitba tixlini,
għax jekk nikteb, tifhimni
u għajnejja taqrali.
Għannaqni
7 September, 2014
Ħallihom it-trabijiet ħa jorqdu
Fid-dlam, fl-uġiegħ, fil-ġirja.
Taħlix ħin.
Għannaqni sakemm tgħejja.
Sakemm ġranet jgħaddu
u l-kalendarju jmut.
Sakemm ma nintebaħx bi ħsiebek
u bħal iblah tarani nitbissem.
Għannaqni sakemm tokrob.
Sakemm qalbek ittir lejn xita bieżla
u tirżah qalb silġ li ma jdubx.
Sakemm nitpaxxa f'ħarstek
u f'ħoġrok tismagħni nibki,
għannaqni.