• Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter

Search

  • Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact

Articles

Blog
Artistic
Research

Tisbita tal-beati paoli

25 January, 2019

Reġa’ wasal il-25 ta’ Jannar. Miegħu ħafna ħsibijiet u sensazzjonjiet kontrastanti. Qabel l-ewwel ħjiel tal-għodwa, innutajt lil sħabi jippostjaw ritratti marbuta mal-konverżjoni ta’ Pawlu fuq Facebook. Illum għal ħafna Pawlini jiftaħ is-siparju fuq il-festi sbieħ… more

Is-sena 2018

31 December, 2018

Is-sena tal-Greċja, l-Italja u l-Portugall. Tas-37. Is-sena tal-festa mnejjka u l-mewt taz-ziju. Is-sena ta’ Higuain, tal-vjaġġi f’Għawdex. Is-sena tal-Kobba. Is-sena tal-mewġ fil-Port il-Kbir. Is-sena ta’ Giorgio Poi u Andrea Laszlo de Simoni. Is-sena fejn ħassjetni… more

Wegħda għal Milied tajjeb

25 December, 2018

Mario, Giselle, Anġlu, Romina… nista’ ngħid li l-Milied ħa tifsira friska permezz ta’ dawn in-nies u l-esperjenza li qed ngħixu flimkien fl-aħħar xhur. Nies ta’ qalb kbira u li ma jistennewx illum biex jifhmu x’inhu… more

Xewqat sbieħ

18 November, 2018

Qed nieħu pjaċir nerġa nsib ħin sabiex nikteb. Grazzi għalik. Nixtieq naqsam miegħek il-ferħ ta’ din ix-xewqa li nsir nafek. Bħal tifel żgħir, noħlom li tkun f’idejja, mixħuta komda titkellem dwarek; dak li jeċitak, dak… more

Procula

18 October, 2018

L-aħħar jum, illum. Jew forsi lbieraħ. Il-gawwi Grieg ittajjar bla ħadd tbissimlu. Bla ħadd ma stħajlu jintelaq fuq żiffa fil-Port. L-għatx siket. Ċeda. Il-pinnola morra tal-ħajja reġgħet kebbset fjammi jaqtgħu u jqattgħu bħal silġ miksur.… more

Ġewwa jew barra?

12 September, 2018

Fis-26 ta’ Awwissu li għadda r-residenti tal-Belt Valletta ingħaqdu flimkien sabiex jirrakkuntaw il-ħajja kontemporanja tagħhom lill-bqija tal-poplu. Il-konkorrenza kienet il-ġmiel tagħha għalkemm qajla sar reklamar. Saħansitra għadd ġmielu ta’ posters inqalgħu matul il-lejl ta’ qabel… more

Il-bejgħ tal-gideb

10 September, 2018

Kultant il-bniedem jasal iħalli lilu nnifsu jiġi kkundizzjonat minn biżgħat, minn inċertezza u minn nuqqas ta’ informazzjoni. Agħar minn hekk, jikkondizzjona ruħu minn stejjer irrakkuntati minn ħaddieħor; stejjer fittizji, gideb, tiżjin żejjed, dettalji miżjuda bi… more

Mejt

20 June, 2018

Kultant tibdel ġildha, taħrab,
tmur għal ġlieda oħra
ma’ xjaten muqrana
li jżeffnu f’iħirsa
ta’ biżgħat u rogħda.

Kultant tiżloq, tiżgiċċa
u jibqa’ biss il-mejt
fuq wiċċi mifluġ tikmix
fi pjazza mifqugħa xemx.

Il-Kultura taċ-Ċelebrazzjoni – Tislima lill-Belti Godwin Scerri

19 June, 2018

Godwin. Jew kif qal Fr Michael, Alla jirbaħ.Godwin Scerri. Jew kif sejjaħlu Fr Michael, Godwin Festa.Ċelebrazzjoni. Godwin Scerri – Valletta. R.I.P. Ma kontx ili nafu wisq lil Godwin. Naħseb ftit iktar minn sentejn.L-ewwel darba li… more

  • «
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • …
  • 23
  • »

© 2026 Pawlu Mizzi. 

  • Privacy Policy
  • Terms of Use
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter