Qed nieħu pjaċir nerġa nsib ħin sabiex nikteb. Grazzi għalik. Nixtieq naqsam miegħek il-ferħ ta’ din ix-xewqa li nsir nafek. Bħal tifel żgħir, noħlom li tkun f’idejja, mixħuta komda titkellem dwarek; dak li jeċitak, dak… more
Xewqat sbieħ
18 November, 2018
Procula
18 October, 2018
L-aħħar jum, illum. Jew forsi lbieraħ. Il-gawwi Grieg ittajjar bla ħadd tbissimlu. Bla ħadd ma stħajlu jintelaq fuq żiffa fil-Port. L-għatx siket. Ċeda. Il-pinnola morra tal-ħajja reġgħet kebbset fjammi jaqtgħu u jqattgħu bħal silġ miksur.… more
Ġewwa jew barra?
12 September, 2018
Fis-26 ta’ Awwissu li għadda r-residenti tal-Belt Valletta ingħaqdu flimkien sabiex jirrakkuntaw il-ħajja kontemporanja tagħhom lill-bqija tal-poplu. Il-konkorrenza kienet il-ġmiel tagħha għalkemm qajla sar reklamar. Saħansitra għadd ġmielu ta’ posters inqalgħu matul il-lejl ta’ qabel… more
Il-bejgħ tal-gideb
10 September, 2018
Kultant il-bniedem jasal iħalli lilu nnifsu jiġi kkundizzjonat minn biżgħat, minn inċertezza u minn nuqqas ta’ informazzjoni. Agħar minn hekk, jikkondizzjona ruħu minn stejjer irrakkuntati minn ħaddieħor; stejjer fittizji, gideb, tiżjin żejjed, dettalji miżjuda bi… more
Mejt
20 June, 2018
Kultant tibdel ġildha, taħrab,
tmur għal ġlieda oħra
ma’ xjaten muqrana
li jżeffnu f’iħirsa
ta’ biżgħat u rogħda.
Kultant tiżloq, tiżgiċċa
u jibqa’ biss il-mejt
fuq wiċċi mifluġ tikmix
fi pjazza mifqugħa xemx.
Il-Kultura taċ-Ċelebrazzjoni – Tislima lill-Belti Godwin Scerri
19 June, 2018
Godwin. Jew kif qal Fr Michael, Alla jirbaħ.Godwin Scerri. Jew kif sejjaħlu Fr Michael, Godwin Festa.Ċelebrazzjoni. Godwin Scerri – Valletta. R.I.P. Ma kontx ili nafu wisq lil Godwin. Naħseb ftit iktar minn sentejn.L-ewwel darba li… more
L-ossessjoni bil-konformità
20 May, 2018
Dalgħodu lmaħt numru ta’ kummenti fuq Facebook dwar iċ-ċensura li l-Isqof ta’ Malta poġġa fuq Patri Mark Montebello. Nibqa’ mistagħġeb, kif wara kitba tant mirquma speċjalment l-aħħar waħda – fejn saħansitra offra ktitika li jaf… more
“Mur. Fl-aħħar qtajtha xewqtek.”
9 April, 2018
“Mur. Fl-aħħar qtajtha xewqtek. Kont ilek teqred għaliha din!” Hekk qabbiżni mid-dar ilbieraħt lura missieri Ċensu meta għall-ħabta tal-16:45 sellimtlu biex immur lejn Pjazza San Ġorġ sabiex flimkien ma’ sħabi, nikkordinaw l-aħħar tentufiet dwar il-Festa… more
Ġimgħa kbira
30 March, 2018
Sfortunatament illum ma stajtx ingawdi t-tifkira ta’ dan il-jum partikolari kif kelli ppjanat. Kelli nċedi għall-mard, forsi ma tafx kif inkun aħjar fi ftit siegħat. Kont qed nisma’ il-kummentarju sabiħ ta’ Ġorġ Peresso. Sabiħ tassew… more