Jgħidu li kollox għandu tmiem. Biss ċertu tmiem jħalli wisq togħma tajba biex ikun jistħoqqlu jissejjaħ hekk. Għaddiet ukoll din il-mawra qasira fil-belt eterna ta’ Ruma. L-Italja, bid-difetti kollha tagħha tibqa’ ġenna tal-art f’għajnejja. Art… more
Mawra f’Ruma
28 December, 2014
Żieme
28 December, 2014
Bħal fi Trojja, tfaċċa żiemel f’Belti u ġab miegħu nvażjoni. Bħal fi Trojja, l-installazzjoni “Żieme” inħbiet wara l-idea ta’ monument, biss l-essenza ħarġet inkiss inkiss, infiltrat fid-djar u fl-imħuħ u nażżarda ngħid li anki din… more
L-infinit
16 November, 2014
Huwa f’ċertu ħars li jintlemaħ jew jinħeba l-infinit. Hekk ikantaw Battiato u Consoli. Jistaqsu kif tista’ ma twerżaqx dak li l-univers jorbot ma’ rwieħna f’għaqda minsuġa bil-ktajjen? Fil-forma ta’ kliem u l-kumbinazzjonijiet ta’ bejniethom, fid-daqqiet… more
Ħarba
12 October, 2014
Nixtieq naħrab, nivvjaġġa bħal żrara maqbuda maqrusa mal-lasktu ta’ rota ta’ karozza. Imqar tkaxkira fuq l-asfalt, imma naħrab… Naħrab minn mistoqsijiet li jwelldu risposti li jweġġgħu. Naħrab minn silenzji banali, u kliem vojt li jirbumbjaw… more
Nisġa
27 September, 2014
L-arloġġ itektek,
ix-xemx nieżla.
Sbuħitek nisġa
ta’ brimba bieżla.
Żiffa
7 September, 2014
Il-weraq ġrew wara xulxin,jinnamraw f’buffura riħ.Esperiment il-ħajja. Sa ma ħalba xita fixklithomu weħlu f’żogħżithom mgħarrqin. Sa ma nixfa kiefra qalgħathom mit-trabijiet.Sa ma rritornat żiffa li dewqithom is-smewwiet. more
Impossibbli
7 September, 2014
Il-lingwa ta’ qalb u qalb
hi siekta.
Tintmiss biss mill-ftit.
Mhux ittri, iżda dmugħ,
jaħarqu,
itappnu l-karti.
Għax x'inhuma l-kliem,
jekk il-qalb ma’ tifhimx?
X'inhuma d-dmugħ,
jekk il-kliem ma’ jafux?
Aħtafni ħdejk.
Irrakkuntali storja sabiħa
ta’ ħajja meraviljuża
fejn fjura tikber ma kull tokk ta’ qalbi,
fejn mhux dmugħ iżda xita friska taħsilni,
fejn ħadd ma jiċħad li dan possibbli
fejn ħadd ma jlaqlaq ħdejn l-impossibbli
Teresa
7 September, 2014
Ferraħni għal mument wieħed għax għandi bżonn ħolma biex ngħix għada. Rawwimli t-tama sabiex nistrieħ u norqod bi tbissima. Anki jekk l’għada inti tgħib. more
Tokk
7 September, 2014
Illum mhux insib poeżija.
Wisq kliem, jew forsi xejn.
Mall-pass tat-tokk
u t-tkarwit tal-frejgatina,
ngħodd ritmu ħafif
t'għajnejn jingħalqu;
ta’ sentenzi li jintemmu bik.