L-ossessjoni bil-konformità
20 May, 2018
Dalgħodu lmaħt numru ta’ kummenti fuq Facebook dwar iċ-ċensura li l-Isqof ta’ Malta poġġa fuq Patri Mark Montebello. Nibqa’ mistagħġeb, kif wara kitba tant mirquma speċjalment l-aħħar waħda – fejn saħansitra offra ktitika li jaf… more
“Mur. Fl-aħħar qtajtha xewqtek.”
9 April, 2018
“Mur. Fl-aħħar qtajtha xewqtek. Kont ilek teqred għaliha din!” Hekk qabbiżni mid-dar ilbieraħt lura missieri Ċensu meta għall-ħabta tal-16:45 sellimtlu biex immur lejn Pjazza San Ġorġ sabiex flimkien ma’ sħabi, nikkordinaw l-aħħar tentufiet dwar il-Festa… more
Ġimgħa kbira
30 March, 2018
Sfortunatament illum ma stajtx ingawdi t-tifkira ta’ dan il-jum partikolari kif kelli ppjanat. Kelli nċedi għall-mard, forsi ma tafx kif inkun aħjar fi ftit siegħat. Kont qed nisma’ il-kummentarju sabiħ ta’ Ġorġ Peresso. Sabiħ tassew… more
Kalendarji
31 December, 2017
Illejla l-kalendarju 2017 jintrema. F’din il-kultura għaġġelija, ħafna drabi narmu miegħu ħafna memorji ta’ esperjenzi li seħħew tul dawn it-365 jum u naħsbu li għada b’xi maġija, kollox se jkun aħjar, ilellex u melodjuż mingħajr… more
Ċaw teżor! – Tislima lil Sabrina Carabott
29 October, 2017
L-isbaħ ġuvni tal-univers, jew aħjar, San Lawrenz, dalgħodu qaleb is-siegħa u stenbaħ bik ħdejh Sab! Forsi bħali ma stennikx daqshekk malajr, imma l-ġlieda li ġġilidt, ta’ mara kuraġġuża li dejjem kont, kienet iebsa u kiefra.… more
Gent
23 October, 2017
Rasi baxxuta, ġismi għasra. Ninnota s-swaba ta’ saqajja mrassa fuq art tiżloq. Il-qtar jiżżerżaq ma’ wiċċi, spallti, sidri, żobbi u saqajja sa ma jintelaq fl-art. Il-fwar jgħannaqni f’dil-kaxxa fejn ġismi nħossu sabiħ. Illum irħejtilha lejn… more
Iblah
7 August, 2017
Iblah Ikaru, iblah.Tbellaħ, iblah.Stupidu trid tkun,stupidu kuljum.Ittajjar, issabbatfuq kliemha,fuq ħarset għajnejha.Tqarreb lejn ix-xemx;Inħaraq. ——————————— Ispirata minn ‘Icaro’ ta’ Serena Gatti“L’ultimo schianto, il più crudele, è vivere senza tentarea quello non mi voglio rassegnare”.” more
#familja
2 July, 2017
Il-ħajja hi li hi. L-aħjar deskrizzjoni li ltqajt magħha sal-ġurnata tal-llum, hija dik tal-assurdità kif deskritta minn Camus fil-kitbiet tiegħu. L-assurd illum insibu jiżfen madwari. Kultant meta jistedinni għal birra, insellimlu, nieqfu ngħidu kelma u… more
Ħsieb 23
28 May, 2017
Għażiża, Illum rajt il-mewt viċin. Ħafna. Kos! Kemm hi nitfa l-ħajja! Realtà li tintemm f’tebqa t’għajn bla mistenni. Kemm hi leħħa l-mewt. Tiġi, u lanqas ittik ċans isselmilha jew tieħu stessu magħha. Tieħdok bla wisq… more