• Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter

Search

  • Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact

Articles

Blog
Artistic
Research

Maskla

12 March, 2017

Il-gawwi ttajjar
qalb sodod b’qalb nieqsa
u fjur moribond.
Post bews iwennes
ħadu baħħ t’indulġenzi.
Fadal biss xejn
u r-rebħa tal-biżà.

Taħt maskla sewda
b’imnieħer twil
inġorr tbissima
u poeżiji nexfin
jistennewni nsemmik.

Xebbagħni San Pawl!

9 February, 2017

Xebbagħni San Pawl!Xhur ta’ ħidma sfieqa, u llum jumejn qabel nharu, xejn ħlief xita! Anki tal-Uffiċċju Meterjoloġiku ma ġabuhiex żewġ – skonthom ma kelliex tinżel xita wara ċertu ħin.Xebbagħni San Pawl!Il-kollega jibqa’ jargumenta li dan… more

Lejl

19 January, 2017

Jiġi l-lejl,
u jien nibża li nitilfek.
Irrid nintilef fik u mhux f’dal-ħsieb.

Tiġi l-ħedla tbeżżagħni.
Ejja int minflok,
neżżagħni.

Waqqaf it-tokk.
Għamilni tiegħek.
Ikkonkwistani.

Tkissir ta’ identità

12 November, 2016

Dalgħodu qsamt din l-ittra ta’ sieħbi l-fotografu ġenjali Daniel Cilia f’ħakka t’għajn għax dherli li hekk kien xieraq. Illejla, xtaqt nesprimi ħsieb qasir – għax fuq il-midja soċjali, issib min joqmos farka. X’faqar ta’ valuri… more

Min hu missierkom?

19 June, 2016

“Min hu missierkom il-Beltin?”, hekk jinkuna f’kuntest kalċistiku, in-nebbiexa ta’ kontrina. Dalgħodu ma flaħtx ma ninnutax lil ħafna minn sħabi l-Beltin jirrimarkaw lil missierhom b’xi ritratt riċenti jew antik ta’ missierhom u xi ħsieb, ftit… more

Għeliem ta’ Joeaby Vassallo

5 January, 2016

Marks/Signs ... or better so Għeliem. This collection of graphic works explores the timeless human desire to express and mark the world around us. From the Paleolithic caves of Lascaux to the contemporary forms that… more

Ħarsa fqira lejn l-2015

1 January, 2016

Kienet diffiċli nimmaġina sena li tiżboq l-2014, biss l-2015 irnexxielha. Forsi mhux kull siġra li ħawwilt għamlet il-fjuri imma llum inħares b’ħarba lura u niċċelebra l-2015 minn qiegħ qalbi. Żgur u mhux forsi din is-sena… more

Ġuljetta

27 December, 2015

Hemm hi! Ġuljetta bil-barmil imfawwar ilma. Ir-romantiċiżmu għandu għomru magħdud. Qed jittiekel mid-dud. Gazzè faga fis-sarkażmu tiegħu stess. Instab mejjet fil-kaless tal-prinċep ċelest. Ma swewx il-bews taż-żrinġijiet – kollox ħmerijiet. Teresa ġiet taqa’ u tqum.… more

Ġlekk u qmis

5 December, 2015

Il-ġlekk u l-qmis għalxejn:ninżahom, niftahom gozz fuq soddti.Kemm nixtieqha hawn fid-dlam.Kemm nixtieqha hawn fil-mużika.Kemm nixtieqha hawn f’silenzju.Biex nisma nifisha jfewwaħ.Biex naqta’ ġuħ ta’ mġewwaħu nsaqsi mitt mistoqsijagħal risposta waħda.Bħalma mija huma l-kwiekeb,iżda waħda l-eżistenza.Kemm nixtieqha.… more

  • «
  • 1
  • …
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • …
  • 23
  • »

© 2026 Pawlu Mizzi. 

  • Privacy Policy
  • Terms of Use
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter