Żifna

Żfint żifna max-xitanqalb ix-xewk f’dal-bukket wardli xtaqt irregalajtlek.Biex illejla ma naħsibx fik;inħallik. Sibt l-inbid li fih skirna.Ġbart fdal l-ikel bninli dewwaqna lil xulxin.Dak li xtaqt ma ninsiex;ma narmix. more

Taħt Santa Luċija

Ġejt bla mistenni
fis-serqa ta’ filgħaxija,
imneżża’ mir-rieda
taħt Santa Luċija.

Bis-swaba tmelles xagħri,
itterraq tikmix idejja.
Riħatek balzmu.
Anġlu t’inkejja.

Isqini nbid minn sidrek,
bħall-ħalib li sqietni ommi.
Għerriqni fi ġmiel ħarstek,
xufftejk serraħ fuq fommi.

Wellidni bħal f’bikja,
ċesarja telf id-demm.
Waħħadni ma’ ruħek,
sakkarni hemm.

Żewġ Linji

(Minħabba kliem espliċitu din l-istorja għandha tinqara biss minn adulti. Is-silta kienet sottomessa għall-pubblikazzjoni Leħen il-Malti 38) Il-mużika ta’ Tersø tinħass tajba. Kemxejn melankolija imħallta ma’ ħoss elettroniku kontemporanju fakkruh f’Dntel u Meg, li issa… more

Mejt

Kultant tibdel ġildha, taħrab,
tmur għal ġlieda oħra
ma’ xjaten muqrana
li jżeffnu f’iħirsa
ta’ biżgħat u rogħda.

Kultant tiżloq, tiżgiċċa
u jibqa’ biss il-mejt
fuq wiċċi mifluġ tikmix
fi pjazza mifqugħa xemx.

Iblah

Iblah Ikaru, iblah.Tbellaħ, iblah.Stupidu trid tkun,stupidu kuljum.Ittajjar, issabbatfuq kliemha,fuq ħarset għajnejha.Tqarreb lejn ix-xemx;Inħaraq. ——————————— Ispirata minn ‘Icaro’ ta’ Serena Gatti“L’ultimo schianto, il più crudele, è vivere senza tentarea quello non mi voglio rassegnare”.” more

Maskla

Il-gawwi ttajjar
qalb sodod b’qalb nieqsa
u fjur moribond.
Post bews iwennes
ħadu baħħ t’indulġenzi.
Fadal biss xejn
u r-rebħa tal-biżà.

Taħt maskla sewda
b’imnieħer twil
inġorr tbissima
u poeżiji nexfin
jistennewni nsemmik.