Fil-lożor ftakart –
wara n-naxra friska,
taħt żiffa sajfija.
Fil-fwieħa u l-ħlewwa li jarmu
fuq soddti,
ilmaħtek tiġbor xagħrek
u stħajjiltni mmelles
għonqok b’xufftejja.
Fil-lożor ftakart –
wara n-naxra friska,
taħt żiffa sajfija.
Fil-fwieħa u l-ħlewwa li jarmu
fuq soddti,
ilmaħtek tiġbor xagħrek
u stħajjiltni mmelles
għonqok b’xufftejja.
Pass pass, imxejna;
Ponn ponn, tkissirna;
Biċċa biċċa, nġbarna;
Ftit ftit, dħakna;
Jum jum, xjaħna;
Demgħa demgħa, bkejna;
Bewsa bewsa, tħabbejna;
Kelma kelma, wasalna.
Bum, bum, bum, bum… bum Bum, bum, bum, bum… bum Bħar-re maġi, segwiet l-istilla murtal. Tlieta lejn il-grotta, hi lejn l-irwejjaħ ta’ gallinar. B’ħarsitha ‘l fuq, waqfet quddiem ċorma għażżiena ta’ kurjużi Maltin, b’siġġijiet u… more
Penġi Pawl,
forsi tinsa, jew taljena.
Minjaf?
Forsi tara l’Alla.
Jew forsi tibilgħek balena.
Il tuono del primo lampo
oggi ha riempito il mio cuore.
Un’eco fredda mi accarezza,
mi attraversa,
finché non ci sento più
e senza accorgermi
esco sotto pioggia intensa
per pulire i miei pensieri sporchi
Lil Malta ninsiha.
Sqallija.
Minn xifer sa xifer, niġriha.
Ċeramika, granita,
muntanji u qaddisin
Issa lura sejrin.
Sqallija.
Inħalliha.
Minn Max u l-maħbubin
għall-ħanxra tal-Maltin