Żiffa

Iż-żiffa kixfet
l-istilel mistħija,
u sikktet lil-lejl,
l-imħabba ‘mgħoddija.

Tajritni sar-raħal;
ir-raħal ta’ Frar.
Malajr qabel jisbaħ,
jsir kollox duħħan.

Nisparixxi

Nisparixxi.
Strixxi.
Nitradixxi
jew nisparixxi.
Ma’ ġismi, strixxi.
Qoton.
Għaraq.
Nesibixxi
xewqa li nisparixxi.

Siekta

Kwieta,
bħal berqa siekta,
int xegħelt il-kamra
hekk kif waqa’ id-dlam.

Minn wara l-ħġieġ rajtek
u komplejt ngħix.

Smajt dwarek dal-lejl

Id-daħk ifaqqa’ jinstema ċar lil hinn mit-teknoloġija li deffist f’widnejja. Il-mużika tixtieq twassalni fi ħsieb dwarek, bħal qabel, bħal kull lejl, iżda llum qed tfalli. Iċ-ċattra tmewweġ fuq infinità ta’ dlam, f’direzzjoni kompjuterizzata, bla kulur.… more

Sisifu

Sisifu jiddieħak,
jitnejjek bija.
Pruvajt inpenġik
fi kliem poeżija.

Ġugarell Samsara

Once there was a girl who lived in a workshop. She felt as if… Darba waħda kien hemm tfajla tgħix f’maħżen. Kienet tħossha bħal Santa Klaws. Santa Klaws għal tfal li llum adulti. Ix-xewqa tagħha… more