• Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter

Search

  • Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact

Articles

Blog
Artistic
Research

Qatt

21 November, 2015

Qatt ħadd kitiblek ittra ta’ mħabba, poeżija?Forsi għadek ma rċevejtiex. Qatt sibt ruħek quddiem dak li r-ruħ ma tafx tispjega u li ġie tradott għall-qalb u miktub mill-moħħ f’mument sagru, bi kliem sempliċi, probabilment medjokri?… more

Pur bħas-silġ

27 October, 2015

X’inhu dak li wara lejl twil u mħarbat, imżejjen b’biki u inkwiet, jiġi b’ħolma ta’ vjaġġi li jaqtgħu n-nifs, perikolużi, f’tubi dojoq sakemm inqum maħsud u hemm insibu jżiegħel bija b’xewqa ta’ tjubija mdendla f’għoli… more

20 sena ta’ Mellon Collie and the Infinite Sadness

23 October, 2015

24 t’Ottubru 1995 – 24 t’Ottubru 2015 Niftakar lil Istivan ġej fil-klassi b’dak l-imbierek safety shoes u bil-famuż album doppju tagħhom; l-iSmashing Pumpkins. Jien li kont ninnamra mal-mużika tal-Ace of Base, kont xettiku, u li… more

Għażiż Pawlu

3 October, 2015

Ilbieraħ kelli waħda minn dawk is-serati b’dilemmi. Żewġ stediniet, mill-aktar apprezzati, għal avvenimenti, tista’ tgħid fl-istess ħin. Bħalma saret rutina fl-aħħar sentejn, għamilt il-pjanijiet waħdi, sabiex nipprova nduq l-emozzjoni tat-tnejn. L-ewwel mawra ħaditni sal-belt kapitali… more

Il-ħajja u l-kafé

22 September, 2015

Daqs li kieku kien l-aktar ħabib li miegħu għandi kompliċità raffinata, dalgħodu l-Facebook infurmani li tfaċċat kanzunetta ġdida tat-tant għażiż Max Gazzè. Wiċċi jieħu l-ħajja! Ara mn’alla hemm il-‘get notifications’ jew ‘know first’ għax ma… more

Hawn Biss

13 August, 2015

Il-ġirja f'Sant’ Ursla spiċċat
f'kanun tal-Barrakka
jaħsadni f'kamarti.
Hawn biss dinja tqila
imsammra fuq spallti.

Il-ġirja f'Sant’ Ursla ntemmet
bħat-tromba tar-ramel
tkaxkarli ‘l ġewwieni.
Hawn biss mewta kiefra
iċċarrat purtieri.

Dalam

20 July, 2015

“Dalam…” Hekk bdejtha l-poeżija nkwetanti tal-bieraħ. Poeżija li frankament ħadd mhu ser jinteressah jaqra. Għax x’jinteressah il-bniedem minn bniedem ieħor meta dinjietu hija biżżejjed miżgħuda stejjer u rakkonti. Hawn biss dlam… Fost tbissim irreċtat bla… more

Mill-Luxol sa Firenze

10 July, 2015

Fi triqti mill-istazzjoni lejn iċ-ċentru ta’ Firenze kelli kunflitt ta’ ħsibijiet: bejn l-eċitament li daqstant tard f’ħajti ser immiss ir-realtà ta’ din il-belt tant maħbuba fost dawk li jħobbu l-arti iżda wkoll kemmxejn ta’ biżà… more

Ngħidu Iva

12 April, 2015

Nibqa’ ngħid li dik l-imbierka mistoqsija tar-referendum hija kruċjali fid-dinamika psikoloġika tal-vot. Fiha nfisha, timbuttak tivvota favurha. “Taqbel li nixtrilek ġelat?” bla ma trid tħajjrek tgħid iva… iżda “Taqbel li nevitaw ġelat illum?” tindikalek li… more

  • «
  • 1
  • …
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • …
  • 23
  • »

© 2025 Pawlu Mizzi. 

  • Privacy Policy
  • Terms of Use
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter