• Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter

Search

  • Id-destin tal-Belt Valletta
  • Work
  • Articles
  • About
  • Contact

Articles

Blog
Artistic
Research

Lejl

19 January, 2017

Jiġi l-lejl,
u jien nibża li nitilfek.
Irrid nintilef fik u mhux f’dal-ħsieb.

Tiġi l-ħedla tbeżżagħni.
Ejja int minflok,
neżżagħni.

Waqqaf it-tokk.
Għamilni tiegħek.
Ikkonkwistani.

Tkissir ta’ identità

12 November, 2016

Dalgħodu qsamt din l-ittra ta’ sieħbi l-fotografu ġenjali Daniel Cilia f’ħakka t’għajn għax dherli li hekk kien xieraq. Illejla, xtaqt nesprimi ħsieb qasir – għax fuq il-midja soċjali, issib min joqmos farka. X’faqar ta’ valuri… more

Min hu missierkom?

19 June, 2016

“Min hu missierkom il-Beltin?”, hekk jinkuna f’kuntest kalċistiku, in-nebbiexa ta’ kontrina. Dalgħodu ma flaħtx ma ninnutax lil ħafna minn sħabi l-Beltin jirrimarkaw lil missierhom b’xi ritratt riċenti jew antik ta’ missierhom u xi ħsieb, ftit… more

Għeliem ta’ Joeaby Vassallo

5 January, 2016

Marks/Signs ... or better so Għeliem. This collection of graphic works explores the timeless human desire to express and mark the world around us. From the Paleolithic caves of Lascaux to the contemporary forms that… more

Ħarsa fqira lejn l-2015

1 January, 2016

Kienet diffiċli nimmaġina sena li tiżboq l-2014, biss l-2015 irnexxielha. Forsi mhux kull siġra li ħawwilt għamlet il-fjuri imma llum inħares b’ħarba lura u niċċelebra l-2015 minn qiegħ qalbi. Żgur u mhux forsi din is-sena… more

Ġuljetta

27 December, 2015

Hemm hi! Ġuljetta bil-barmil imfawwar ilma. Ir-romantiċiżmu għandu għomru magħdud. Qed jittiekel mid-dud. Gazzè faga fis-sarkażmu tiegħu stess. Instab mejjet fil-kaless tal-prinċep ċelest. Ma swewx il-bews taż-żrinġijiet – kollox ħmerijiet. Teresa ġiet taqa’ u tqum.… more

Ġlekk u qmis

5 December, 2015

Il-ġlekk u l-qmis għalxejn:ninżahom, niftahom gozz fuq soddti.Kemm nixtieqha hawn fid-dlam.Kemm nixtieqha hawn fil-mużika.Kemm nixtieqha hawn f’silenzju.Biex nisma nifisha jfewwaħ.Biex naqta’ ġuħ ta’ mġewwaħu nsaqsi mitt mistoqsijagħal risposta waħda.Bħalma mija huma l-kwiekeb,iżda waħda l-eżistenza.Kemm nixtieqha.… more

Fl-Isqaq

29 November, 2015

“Imbagħad f’dan l-isqaq f’Ħal Qormi ommi ltaqgħet ma’ ġuvni (refuġjat ieħor mir-Raħal Ġdid) u żżewġitu u komplew bir-rifuġju tagħhom f’Ħaż-Żebbuġ.” Hekk kiteb Immanuel Mifsud f’artiku minn tiegħu li deher illum. Kitba ta’ Mifsud dejjem tinżel… more

It-teatru

26 November, 2015

Il-mużika msaħħra ġo qalb ir-raħal għebet. Siket l-applaws. Minjaf forsi Teodor laħaq ħarbex kelmtejn kummentarju u Buhagiar fil-gallarija kien għadu qed jonsob aġġettivi f’lokhom. Minjaf? L-inbid beda jsejjaħ lill-folla… kważi kważi nstema’ leħnu qalb żaqżieq… more

  • «
  • 1
  • …
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • …
  • 23
  • »

© 2025 Pawlu Mizzi. 

  • Privacy Policy
  • Terms of Use
  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter